Yearly Archives: 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Ottubru

Luke 10, 25-37

Mela jqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrbu, staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?” Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?” U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.” “Sewwa weġibt,” qallu Ġesù,”agħmel hekk u tgħix.” Iżda dak, biex juri li kellu raġun, qal lil Ġesù: “U l-proxxmu tiegħi min hu?” U Ġesù raġa’ qabad jgħidlu: “Wieħed raġel kien nieżel Ġeriko minn Ġerusalemm, u waqa’ f’idejn il-ħallelin; dawn neżżgħuh, biċċruh bis-swat u telqu, u ħallewh nofsu mejjet… Kompli aqra »

3-9 ta’ Ottubru

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Il-Ħamis

1.10 p.m. L-Arċisqof jirritorna mill-vjaġġ tiegħu mill-Albanija wara laqgħa tal-Konferenza tal-Isqfijiet Ewropej.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-għalliema, il-Kurja.

Il-Ġimgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-10 anniversarju tal-MCAST, fil-campus tal-kulleġġ, Paola.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 2 ta’ Ottubru

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.

Mattew 21, 33-43

“Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa… Kompli aqra »

ORDINAZZJONI TA’ MONS EMANUEL BARBARA OFM CAP BĦALA ISQOF TA’ MALINDI FIL-KENJA

Nhar is-Sibt l-1 ta’ Ottubru 2011, Mons Emanuel Barbara OFM Cap gie ordnat Isqof ta’ Malindi fil-Kenja. Ic-cerimonja li bdiet fid-9am u ntemmet fis-2pm (hin lokali f’Malta) saret fil-miftuh fi skola primarja tal-belt ta’ Malindi.

Messaġġ mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. lil Isqof Emanuel Barbara Ofm Cap fl-okkażjoni tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu.

Agħfas Hawn biex tara il-curriculum vitae ta Mons… Kompli aqra »

IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA NISRANIJA – OTTUBRU 2011

Ħutna,

Qegħdin niktbu din l-ittra tagħna wara mumenti ta’ skiet u riflessjoni. Xtaqna li dan il-kliem ngħiduh f’mument ta’ kalma, bit-tama li jidħol fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna. Inħossu li hemm bżonn jittieħdu deċiżjonijiet importanti fuq il-kwalità tal-ħajja nisranija ta’ kull wieħed u waħda minna. Dawn id-deċiżjonijiet jgħinuna biex ikollna Knisja li tkun ħmira għas-soċjetà ta’ llum. Qegħdin ngħaqqdu din l-Ittra Pastorali max-xahar ta’ Ottubru, biex ngħaqqduha max-xahar tar-Rużarju, ħalli tkun imsaħħa minn din it-talba lil Marija Santissima… Kompli aqra »

F’OTTUBRU, IL-PAPA JITLOB GĦAL DAWK MORDA B’MARD TERMINALI

Pope Praying

Il-Papa Benedittu XVI qal li matul dan ix-xahar t’Ottubru, fl-intenzjonijiet tat-talb tiegħu se jżomm fuq quddiemnett lil dawk morda b’mard terminali sabiex isibu l-appoġġ meħtieġ fl-imħabba ta’ dawk l-iktar qrib tagħhom.

L-Appostolatura ta’ talb ħabbret bħal ma tagħmel dejjem fi ftuħ kull xahar ġdid, l-intenzjonijiet tal-Papa għat-talb tiegħu matul dak ix-xahar.

L-intenzjoni ġenerali għat-talb tiegħu f’Ottubru qalet li hi “sabiex dawk morda b’mard terminali isibu l-appoġġ permezz tal-istess fidi tagħhom f’Alla u fl-imħabba ta’ dawk l-iktar qrib tagħhom”… Kompli aqra »

ID-DIVORZJU:’JALLA L-LIĠI TKUN QAWMIEN TA’ KUXJENTIZZAZZJONI FAVUR IT-TISĦIĦ TAL-FAMILJA U Ż-ŻWIEĠ’

“Jalla din il-liġi ġdida tkun qawmien ta’ kuxjentizzazzjoni u impenn nazzjonali u ekkleżjali favur it-tisħiħ tal-familja u ż-żwieġ!” Hekk awgura l-Professur Rev Emmanuel Agius, Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija f’kumment li ta lbieraħ lil IL-ĠENSillum online.

Illum qed tinkiteb paġna ġdida fl-istorja ta’ pajjiżna, meta Malta tingħaqad mal-kumplament tad-dinja bid-dħul tal-liġi dwar id-divorzju. Dan wara li s-Sibt, 28 ta’ Mejju li għadda, il-poplu Malti vvota waqt referendum biex Malta tintroduċi liġi li tippermetti d-divorzju… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 1 ta’ Ottubru

Luqa 10, 17-24

It-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: “Mulej,ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f’ismek!” U hu qalilhom: “Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa’ bħal berqa mis-sema.  Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa ta’ l-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom. Madankollu mhux b’dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub  fis-smewwiet.” F’dak l-istess ħin Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin… Kompli aqra »

GĦAŻLIET

GĦAŻLIET –  It-Tlieta  4.10.2011 – fuq Education 22,  fis-1.30pm, b’repetizzjoni fis-6.00pm u fil- 11.00pm u s-Sibt fl-10.15am

Matul l-iskeda li ġejja, Għażliet ser jibda jkun magħna b’żewġ programmi fil-ġimgħa ta’ tlett kwarti l-wieħed.

Għal dan l-ewwel programm GĦAŻLIET, Christine Delicata, li tippreżenta, ser tlaqqana ma’ Karen Mugliette, li minbarra li hija omm, hija wkoll lecturer l-Universita.

L-ispeċjalizzazzjoni ta’ Karen Mugliett hija l-ikel –  kif il-ħajja tista’ tkun sostenibbli.   … Kompli aqra »

QUDDIESA FL-OKKAŻJONI TA’ JUM L-ANZJANI

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru, 2011, Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof Emeritus, iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum l-Anzjani, fil-Knisja ta’ Kristu Re, Paola.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »