L-ARĊISQOF JILTAQA’ MA’ MISSJUNARJI MALTIN
16/07/2011Il-Ħamis, 14 ta’ Lulju, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa mal-missjunarji Maltin f’Dar l-Emigrant fil-Belt Valletta. Dawk preżenti kienu milqugħa minn Mons. Philip Calleja. Preżenti wkoll kien l-Isqof elett Fr. Emanuel Barbara u Mons. Arċisqof Joseph Spiteri, Nunzju Appostoliku fis-Sri Lanka. In-numru ta’ dawk preżenti kien ta’ 23 li jvarjaw bejn qassisin, reliġjużi u lajċi, fejn ilkoll setgħu jaqsmu l-esperjenzi missjunarji tagħhom; esperjenzi bħal dawn ivarjaw bejn dawk li jwettqu ħidma f’Seminarji, dawk li jwettqu ħidma ma persuni bi bżonnijiet speċjali, u oħrajn li l-involviment tagħhom hu dak li jtejjbu programmi umanitarji… Kompli aqra »