Yearly Archives: 2011
IL-VATIKAN JESPANDI L-PREŻENZA ONLINE FUQ XEWQA TAL-PAPA
28/06/2011Il-Papa Benedittu XVI qed iwessa’ x-xibka ta’ komunikazzjoni tal-Vatikan b’passi deskritti bħala ‘enormi’. Dan qalu l-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali, l-Arċisqof Claudio Celli. Dan qalu meta ppreżenta il-portal il-ġdid tal-Vatikan fuq l-internet b’aħbarijiet minn għadd ta’ sorsi differenti fi ħdan il-Knisja kollha, ilkoll miġbura fuq is-sit www.news.va
Tinbixa żgħira tad-dettalji diġa huma aċċessibbli online fuq is-sit, bis-sit jibda jiffunzjona b’mod sħiħ l-Erbgħa, festa ta’ San Pietru u San Pawl, li jaħbat ukoll is-60 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tal-Papa Benedittu XVI… Kompli aqra »
27 ta’Ġunju – 3 ta’ Lulju
26/06/2011It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.
4.00 p.m. L-Arċisqof jindirizza laqgħa ta’ konsultazzjoni għas-saċerdoti.
It-Tlieta
10.00 a.m. L-Arċisqof jindirizza laqgħa ta’ konsultazzjoni għas-saċerdoti.
5.45 p.m. L-Arċisqof imexxi translazzjoni, għasar u quddiesa fil-Katidral tal-Mdina fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl.
L-Erbgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral tal-Mdina, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl… Kompli aqra »
MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF WAQT QUDDIESA GĦAR-ROMOL
25/06/2011Kappella ta’ Kristu Re, Mrieħel
25/06/11
Ħuti,
Snin ilu kont Pirjol, u niftakar li konna bdejna Ladies’ Circle u kien hemm xi ħadd u qalli: “Isma’ għaliex ma nibdewx ukoll grupp tar-romol?” Għaliex ovvjament f’kull ċirkostanza tal-ħajja l-iktar persuna li tista’ tifhmek hija l-persuna li tgħaddi mill-istess esperjenza. U din il-persuna qaltli: “Jekk inlaqqgħu dawn ir-romol ikunu t’appoġġ għal xulxin… Kompli aqra »
L-IMNARJA FIL-KATIDRAL TAL-IMDINA
25/06/2011Il-Kapitlu tal-Katidral tal-Imdina, anki din is-sena se jkun qed itella’ programm ta’ attivitajiet reliġjużi biex jiċċelebra b’mod solenni l-festa tal-martirju ta’ San Pietru u San Pawl, patruni tal-istess katedra.
Iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew nhar it-Tlieta 28 ta’ Ġunju għall-ħabta tal-5.30pm bil-wasla tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP. Huwa se jkun qed jippresiedi fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ filgħaxija li jinkludu t-translazzjoni tar-Relikwiji u quddiesa bl-Ewwel Għasar Pontifikali.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »
…
L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-KUMITAT EŻEKUTTIV TAL-MOVIMENT STUDENTI KATTOLIĊI TAL-UNIVERSITA’
25/06/2011Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju, 2011, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kumitat Esekuttiv tal-Moviment Studenti Kattoliċi tal-Universita fir-residenza tiegħu.
Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »
…
FESTA TAL-BEATU NAZJU FALZON
24/06/2011Il-Festa tal-Beatu Nazju Falzon din is-sena ser tiġi ċċelebrata nhar il-Ħamis 30 ta’ Ġunju, 2011, peress li nhar l-1 ta’ Lulju taħbat il-festa tal-Qalb ta’ Ġesu’.
Nhar il-Gimgħa, 24 ta’ Ġunju, fis-6.15p.m. ir-Relikwja tal-Beatu Nazju Falzon ser tittieħed fil-Kappella tal-Isptar Mater Dei. Mal-wasla tar-Relikwja fis-6.30p.m. ser tiġi ċċelebrata Quddiesa.
Nhar is-Sibt, 25 ta’ Ġunju, bejn it-8.00a.m. u 7.00p.m. ir-Relikwja ser tkun esposta għall-qima tal-morda u l-familjari tagħhom fil-Kappella tal-Isptar… Kompli aqra »
ŻJARA EKUMENIKA FIR-RUSSJA
23/06/2011Il-Kardinal Roger Etchegaray, ikkunsidrat qrib sew tal-mexxejja tal-Knisja Ortodossa Russa, żar ir-Russja għal Pentekoste u stieden lil kulħadd jimxi wara l-Ispirtu, lejn relazzjonijiet aħjar bejn iż-żewġ knejjes.
Il-Kardinal Etchegaray huwa Viċi-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali. Huwa serva bħala President tal-Kunsilli Pontifiċji Cor Unum u dak għall-Ġustizzja u l-Paċi.
F’nofs dan ix-xahar huwa kien f’San Pietruburgu, fejn beda ż-żjara ekumenika tiegħu b’talb fuq il-qabar tal-Metropolitan Nikodemu, li żar SanPietruburgu madwar 30 sena ilu… Kompli aqra »
DIVORZJU: ‘IL-BLUHA TA’ MALTA’
23/06/2011“Bla dubju kien ikun aħjar għal Malta kienu tgħallmet mill-iżbalji tad-dinja moderna qabel ma għaġlet biex tingħaqad magħha.”
Hekk ikkummenta l-editur maniġerjali ta’ First Things, Meghan Duke, dwar ir-referendum li sar ħmistax ilu u li għamilha possibbli li d-divorzju issa jibda jagħmel parti mil-leġislazzjoni ta’ pajjiżna.
First Things hu ġurnal online ippubbikat fl-Istati Uniti minn The Institute on Religion and Public Life… Kompli aqra »
QALB IL-KNISJA DEJJEM ĦABTET MA’ QALB IL-FAMILJI MALTIN – L-ARĊISQOF
22/06/2011F’messaġġ waqt Quddiesa għall-attivisti tal-Moviment Żwieġ Bla Divorzju, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. qal li xtaq li l-Knisja kienet f’pożizzjoni li tikkontribwixxi għajnuna finanzjarja akbar biex il-Moviment jinforma lin-nies bl-effetti ħżiena tad-divorzju: “Wettaqna dmirna meta kkontribwejna finanzjarjament biex ma jidħolx id-divorzju f’pajjiżna.”
L-Arċisqof irringrazzja lil dawk kollha li ħadmu biex jiddefendu ż-żwieġ u l-familja matul il-kampanja referendarja u qal li xtaq juri l-apprezzament tiegħu lejn l-attivisti tal-Moviment u l-familji tagħhom li ħadmu b’tant sagrifiċċju biex iwasslu l-messaġġ tagħhom… Kompli aqra »