ĊELEBRAZZJONI DJOĊESANA TAL-VĠILI TA’ GĦID IL-ĦAMSIN
10/06/2011Il-Knisja f’Malta tistieden lill-Insara Maltin għaċ-ċelebrazzjoni Djoċesana tal-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin, s-Sibt 11 ta’ Ġunju, 2011, quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi. It-tema għal din is-sena hi “Id-dixxippli mtlew bil-ferħ u bl-Ispirtu s-Santu. Bdew ixandru l-Kelma tal-Bxara t-Tajba kull fejn marru. Hekk il-Kelma t’Alla baqgħet tinxtered mal-art kollha” (Atti tal-Appostli).
Iċ-ċelebrazzjoni ppreseduta mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. tibda fis-7:30p.m. bit-talba tal-għasar u tilħaq il-qofol tagħha biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa li tibda fit-8.00p.m… Kompli aqra »