Yearly Archives: 2011

TFITTEX LIL WIĊĊ ĠESU PERMEZZ TAL-KONTEMPLAZZJONI

Għalfejn għandna nitolbu u nfaħħru l-Alla permezz tal-kant, talb u affarijiet oħra?   Ian ser jiddiskuti din it-tema ma Joseph Maggi, li hu l-Worship leader tal-komunita’ Marana Tha’. X’għandu bżonn li wieħed jaghmel biex jersaq iżjed lejn Ġesu’?  Kirsten u xi uhud mill-membri zgħar tal-komunita’ ser joffru reċa u żifna li żgur li t-telespettaturi zgħar tagħna ser jiggustaw.Is-sorijiet flimkien mal-voluntiera tal-Missjoni tal-Karita’ ta Mother Theresa ukoll jgħidulna kif huma jaraw Wiċċ Ġesu’ f’dak li jagħmlu mat- tfal u ż-żgħażagħ li jmorru għandhom… Kompli aqra »

600 Żagħżugħ Malti għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

WYD 2011 logo

Aktar minn 600 żagħżugħ Malti u Għawdxi ser jieħdu sehem fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (JDŻ) f’Madrid, Spanja, bejn il-15 u l-21 t’Awwissu. L-avveniment internazzjonali huwa ċelebrazzjoni ta’ kultura u fidi nisranija li jġib flimkien maż-żewġ miljun ruħ minn madwar id-dinja.

L-Isqof Mario Grech ser ikun qed imexxi d-delegazzjoni Maltija u ġie mistieden jagħti serje ta’ katekeżi u laqgħat għal udjenzi internazzjonali ta’ żgħażagħ… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Awwissu

Ġwanni 12, 24-26

Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, il-Missier jagħtih ġieħ… Kompli aqra »

KARDINAL: IL-ĦNIENA HIJA T-TRIQ LEJN ID-DJALOGU INTER-RELIĠJUŻ

L-Arċisqof  ta’ Lyon, il-Kardinal Philippe Barbarin, tkellem dwar il-ħniena, sinonima mal-isem t’Alla, u fisser li r-rwol tagħha ma jistax jintesa u jitwarrab waqt id-djalogu inter-reliġjuż.

Il-Primat ta’ gaul indirizza dan is-suġġett meta kien qedjippresiedi quddiesa fil-Knisja ddedikata lis-seba’qaddisin ta’ Efesu, fil-villaġġ żgħirta’ Vieux-Marche. Huwa kien qedjitkellem fil-kuntest tal-pellegrinaġġ Musulman-Nisrani, li nżamm għal dawn l-aħħar 60 sena f’din il-lokalita.

“Għaliex il-kelma ‘ħniena’ naqset milli ssib postha fi kliemna? … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Awwissu

Mattew 25, 1-13

“Mbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li   l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom  in-ngħas u raqdu… Kompli aqra »

1,399 KAŻ TA’ ABBUŻ FUQ IT-TFAL FL-2010

Ċifri mogħtija mill-Aġenzija Appoġġ lil IL-ĠENSillum online juru li matul is-sena li għaddiet Appoġġ kellha quddiemha 1,399 każ ta’ abbuż ta’ tfal, jew li kienu f’riskju li jkunu abbużati. Dan hu f’kuntrast ma’ ħames snin ilu, meta l-każi rrappurtati lil Appoġġ kienu 995, li jfisser żieda ta’ 404 każ f’temp ta’ ħames snin.

Ħarsa lejn iċ-ċifri għal dawn l-aħħar snin turi li minn sena għal oħra quddiem Appoġġ kien hemm żieda kostanti fl-għadd ta’ dawn il-każi… Kompli aqra »

IS-SANTA SEDE TFAKKAR LILL-ĠNUS MAQGĦUDA FID-DRITT TAL-ĠENITURI LI JGĦALLMU S-SESSWALITA

Is-Santa Sede qalet li l-politika tal-Ġnus Maqgħuda dwar iż-żgħażagħ għandha tirrispetta d-dritt tal-ġenituri li jedukaw lil uliedhom, speċjalment f’dak lijirrigwarda s-sesswalita umana u s-settur tas-saħħa riproduttiva.

L-Arċisqof Francis Chullikatt, Osservatur Permanenti tas-Santa Sede għall-Ġnus Maqgħuda, afferma dan meta indirizza laqgħa ta’ livell għoli tal-Ġnus Maqgħuda dwar iż-żgħażagħ. Qal li “kull persuna għandha titħalla titla f’ambjent fejn tkun tista’ tikber u titgħallem – f’komunita, f’soċjeta ikkaratterizzata mill-paċi u l-armonija, lil hinn mill-vjolenza u n-nuqqas ta’ qbil… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Awwissu

Mattew 17, 22-27

Meta darba kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qalilhom: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin u joqtluh, u fit-tielet jum iqum.” U huma sewwdu qalbhom ħafna. Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: “L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?” “Iva !” qalilhom… Kompli aqra »

8 – 14 ta’ Awwissu

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkazjoni tal-Ġimgħa tal-Festa ta’ Santa Marija Ħal-Għaxaq.

L-Erbgħa

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan u tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

7.00 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 7 ta’ Awwissu

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Matthew 14, 22-33

U minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob… Kompli aqra »