Yearly Archives: 2011

5 – 11 ta’ Diċembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fil-kunvent tas-Sorijiet Dorotej fl-Imdina, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.

5.00 p.m. L-Arċisqof jitlaqa’ mal-katekisti tat-tfal tal-Imdina.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jkunu jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa tal-Imdina.

6.45 p.m… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI FL-IMDINA

Nhar is-Sibt, 3 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta Ċivili tal-Mdina bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu. Aktar tard, l-Arċisqof uffiċjalment beda ż-Żjara Pastorali fil-parroċċa tal-Imdina b’ Quddiesa u wara ltaqa’ man-nies.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TAL-IMDINA

It-Tlieta, 29 ta’ Novembru

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet, dwar iż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kapitlu Metropolitan, fl-Awla Kapitulari.

Is-Sibt, 3 ta’ Diċembru

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili, fl-Awla Kapitulari.

5.30 p.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Kattidrali u wara jiltaqa’ man-nies.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiekol mal-Kapitlu Metropolitan.

Il-Ħadd, 4 ta’ Diċembru

8.30 p.m… Kompli aqra »

DUN ANNETTO GĦAJN TA’ ISPIRAZZJONI GĦALINA LKOLL

“Filwaqt li rrikonoxxa l-ministeru twil u impenjat tiegħu bħala saċerdot u Isqof, kif ukoll id-dedikazzjoni qawwija tiegħu għall-appostolat, anki f’mumenti mill-iktar diffiċli, il-Papa Benedittu XVI jitlob sabiex il-memorja tiegħu tkun ispirazzjoni għall-komunità kollha li hu serva, sabiex jingħex b’iktar entużjażmu l-Vanġelu u l-Aħbar it-Tajba ta’ Ġesù tkun proklamata b’kuraġġ u konvinzjoni.”

Referenza diretta għall-Isqof Awżiljarju Titulari ta’ Aradi u Isqof Awżiljarju Mons Annetto Depasquale, li mar jiltaqa’ mal-Mulej din il-ġimgħa, mid-Direttur għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, li kiteb biex jesprimi s-sogħba tal-Papa Benedittu XVI għat-telfa li mhux biss ġarrbu l-familjari ta’ Mons Depasquale, iżda telfa li ġarrbet il-Knisja f’Malta u s-soċjetà Maltija b’mod ġenerali… Kompli aqra »

KONFERENZA NAZZJONALI: BIŻŻEJJED GĦAL KULĦADD

Qed ngħixu fi gżejjer ċkejkna b’densità ta’ popolazzjoni li hi fost l-ogħla fid-dinja u b’limitazzjonijiet kbar ta’ riżorsi naturali. Intant l-imġiba ta’ xi wħud minna, l-argumenti li spiss nisimgħu u l-proġetti li naraw proposti jew imwettqa, spiss jikxfu mentalità li donnha Malta hi xi kontinent bla qies fejn ir-riżorsi naturali u ambjentali huma bla limitu. Forsi ħafna mill-problemi ambjentali li qed nippruvaw negħlbu bħalissa u li qed jipperikolaw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-gżejjer tagħna huma frott ta’ din il-mentalità… Kompli aqra »

FIL-JUM DINJI TAL-AIDS, IMĠEDDED L-APPELL GĦAL AĊĊESS USA GĦAT-TERAPIJA

Archbishop Zygmunt Zimowski

Il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ministeru tal-Kura tas-Saħħa, l-Arċisqof Zygmunt Zimowski, qal li l-imwiet ta’ aktar minn miljun persuna kull sena bl-AIDS, it-tbatija tal-familji u l-infezzjonijiet ġodda ta’ mijiet ta’ eluf ta’ trabi huma inaċċettabbli meta wieħed jiftakar li teżisti l-mediċina biex tipprevjeni milli jaħkem dal-mard.

Fl-okkażjoni tal-Jun Dinji tal-AIDS, l-Arċisqof Zimowski qal li “f’dal-jum, wieħed għandu jieħu l-okkażjoni biex jippromwovi l-aċċess universali għat-terapiji lil dawk milquta mill-infezzjonijiet, kif ukoll il-prevenzjoni mit-trasmissjoni tal-infezzjoni mill-ommijiet għal għand l-ulied, kif ukoll edukazzjoni sesswali responsabbli”… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF WAQT IL-QUDDIESA TAL-FUNERAL TA’ MONS. DEPASQUALE

KonKatidral ta’ San Ġwann

1 ta’ Diċembru 2011

Ħuti,

Kieku kelli niddiskrivi lil Isqof Annetto Depasquale kont niddeskrivih hekk: nisrani mgħammed li qeda’ lil Knisja ta’ Kristu, kien saċerdot u kien Isqof. U qed ngħid dan għaliex il-karatteristiċi tal-ħajja nisranija għexhom tul ħajtu kollha. Taħt is-saċerdozju, taħt l-episkopat kont tara din il-viżjoni nisranija li kellu u li mxiet miegħu tul ħajtu kollha… Kompli aqra »

FUNERAL TAL-ISQOF DEPASQUALE U L-MESSAĠĠ TAS-SANTA SEDE

On Thursday 1st December 2011, the people of Malta paid their last respects to Mgr Annetto Depasquale, Titular Bishop of Aradi, Auxiliary Bishop and Vicar General of the Archdiocese of Malta. Mass was held at St. John’s CoCathedral, Valletta and was led by Archbishop Paul Cremona O.P. The congregation which included hundreds of people was led by the President of Malta, Dr George Abela… Kompli aqra »

L-INTENZJONIIET TAT-TALB TAL-PAPA GĦAL DIĊEMBRU

Pope praying

Matul ix-xahar ta’ Diċembru, l-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Papa Benedittu XVI se tkun “sabiex il-popli kolha jikbru fl-armonija u l-paċi permezz ta’ rispett u fehim”.

L-Appostolatura ta’ talb tal-Papa, bħal ma tagħmel kull xahar, ħabbret l-intenzjonijiet tat-talb tal-Kap tal-Knisja għax-xahar li ġej. Minbarra l-intenezjoni ġenerali, ħabbret ukoll l-intenzjoni missjunarja.

Qalet li “l-Papa se jitlob sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ ikunu messaġġiera tal-Evanġelju, u jkunu rispettati u mħarsa minn kull sfruttament uv jolenza”… Kompli aqra »