Arkivji mensili: Jannar 2012

Il-Vanġelu tal-Jum 8 ta’ Jannar

L-Epifanija tal-Mulej

Mattew 2, 1-12

Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh.” Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu. Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u  l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled   il-Messija… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF SE JITLOB LI JINĦATAR ISQOF AWŻILJARJU ĠDID

L-Arċisqof ta’ Malta Mons Pawlu Cremona OP ilbieraħ qal li matul din is-sena huwa se jkun qed jitlob lis-Santa Sede sabiex f’Malta jinħatar Isqof Awżiljarju ieħor wara l-mewt tal-Isqof Annetto Depasquale.

L-Arċisqof qal dan waqt il-programm il-‘Polz taċ-Ċittadin’ li xxandar fuq Radju RTK ilbieraħ wara nofsinhar. Il-programm għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Tonio Bonello.

L-Arċisqof Cremona tenna li fir-realtà l-għażla ta’ Isqof Awżiljarju ssir mill-Vatikan u l-irwol tiegħu se jkun dak li jinnomina tliet ismijiet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 7 ta’ Jannar

Ġwann 2,1-12

Mbagħad fit-tielet jum sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu. Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid.” U Ġesù qalilha: “X’hemm bejni u bejnek, mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx.” Omm Ġesù qalet lill-qaddejja: “Agħmlu kull ma jgħidilkom hu.” Issa kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, mqiegħda hemm għar-rit tal-purifikazzjoni tal-Lhud, kull waħda minnhom tasa’ xi mitt jew mija u għoxrin litru… Kompli aqra »

IL-PROVINĊJA AGOSTINJANA MALTIJA TIFRAĦ LIL PATRI PROSPERO GRECH

Il-Provinċja Agostinjana ta’ Malta tifraħ lil wieħed minn uliedha, P. Prospero Grech OSA għan-nomina tiegħu bħala Kardinal tal-Knisja Kattolika.

P. Prespero Grech OSA twieled il-Birgu nhar l-24 ta’ Diċembru 1925 u ingħata l-isem ta’ Stanley fil-magħmudija tiegħu. Huwa ingħaqad mal-Ordni ta’ Santu Wistin fl-1943. Fl-1946 intbagħat Ruma sabiex ikompli l-istudji teoloġiċi fil-Kulleġġ Internazzjonali Santa Monika. Kien ordnat presbiteru fil-25 ta’ Marzu 1950… Kompli aqra »

PROĠETT ŻWIEĠ B’SAĦĦTU

As part of the Cana Movement project Zwieg B’sahhtu, a talk will be organized on 11th January 2012 by Dr Rose Falzon on the emotional and cognitive intimacy of the married couple. Dr Falzon will highlight the importance of attending to the awareness of the self and the other, nurturing basic relationship qualities, developing and maintaining a healthy relationship, resolving conflict and adopting a positive approach… Kompli aqra »

IL-PAPA BENEDITTU XVI JAĦTAR KARDINAL MALTI

Illum ftit wara nofsinhar, eżatt wara t-talba tal-Angelus, il-Papa Benedittu XVI semma li se jagħmel Konċistorju li fih kien se jaħtar numru ta’ kardinali.

Huwa ta’ ferħ kbir għal poplu ta’ dawn il-gżejjer, b’mod speċjali tal-Knisja Kattolika, li fosthom hemm saċerdot Malti. Dan hu Patri Prospero Grech, patri Agostinjan li hu ħafna rispettat bħala espert fl-Iskrittura Mqaddsa. Patri Prospero Grech, li huwa mwieled il-Birgu u li llum għandu 86 sena, huwa residenti f’Ruma… Kompli aqra »

F’LAQGĦA MAL-PAPA, RABBI JĦARES LEJN SFORZ KONĠUNT BIEX IL-VALURI JIRRIFLETTU FL-EKONOMIJA

Pope with Rabbi Sacks

Ir-Rabbi ewlieni tar-Renju Unit, Sir Jonathan Sacks, qal li s-suq ħieles huwa l-mudell ekonomiku li jidher ferm fi qbil mat-tagħlim Bibbliku. Dan waqt li l-kriżi ekonomika dinjija turi li, mingħajr valuri morali, l-ekonomija tas-suq tista’ faċilment tfalli.  Waqt żjara fil-Vatikan biex jiltaqa’ u jitkellem mal-Papa dwar l-isforzi konġunti bil-għan li l-moralita terġa ssib postha fis-swieq, u anki biex seta’ jindirizza taħdita fl-Universita Gregorjana Pontifiċja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 6 ta’ Jannar

Mark 1, 7-11

Ġwanni  kien ixandar u jgħid: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidtkom bl-Ispirtu s-Santu.” U ġara li f’dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan. U minnufih hu u tiela’  mill-ilma ra s-smewwiet jinfetħu, u l-Ispirtu bħal ħamiema nieżel fuqu;  u mis-smewwiet instama’ leħen: “Inti ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi.”

Il-Qaddis tal-jum: San Karlu ta’ Sezze Kompli aqra »

L-2012 SENA TA’ SFIDI … JEW SENA TA’ POTENZJAL?

L-2012 issa tinsab magħna u magħha l-awguri għal sena ġdida mimlija risq u barka. Fl-istess ħin, ħarsa lejn il-previżjonijiet tal-osservaturi politiċi u ekonomiċi lejn is-sena l-ġdida huma aktarx ‘mudlama’ u mimlija tbassir ta’ sena diffiċli fejn il-kriżijiet tal-aħħar snin se jkomplu jiggravaw irwieħhom.

Hekk, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Fond Monetarju Internazzjonali, biex niċċitaw tnejn, qed ibassru tkabbir ekonomiku dinji kajman bl-ekonomiji żviluppati (aqra Ewropa, Amerika u Ġappun) b’riskju qawwi ta’ spirall ekonomiku negattiv frott il-problemi tad-dejn tal-gvernijiet, is-settur bankarju fraġli, id-domanda baxxa u l-paraliżi politika, hekk kif il-politiċi qed isibuha diffiċli jsibu s-soluzzjonijiet… Kompli aqra »

KARDINAL FIL-HONDURAS JGĦID LI L-BIDLA FIL-KLIMA HI KWISTJONI TA’ FIDI

Climate Change – A global issue

Il-Kardinal Oscar Rodriguez tal-Honduras qal li l-bidla fil-klima hi kwistjoni ta’ fidi għax titratta l-ħolqien t’Alla u l-faqar.

Il-Kardinal, President ta’ Caritas Internationalis, kien fl-Afrika t’Isfel għal Konferenza internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, organizzata mill-Ġnus Maqgħuda. Huwa ddiskuta l-kontenut tal-Konferenza u l-messaġġ li hu wassal meta rritorna lejn il-Vatikan u ltaqa’ mal-ġurnalisti.

Caritas Internationalis, konfederazzjoni ta’ 165 karita kattolika fuq livell nazzjonali, tipprovdi għajnuna t’emerġenza madwar id-dinja kollha… Kompli aqra »