Yearly Archives: 2012

L-Arċisqof il-ġdid ta’ Canterbury favur Isqfijiet nisa

Bishop Justin Welby

Il-mexxej il-ġdid tal-Knisja Anglikana qal li d-direttur spiritwali tiegħu kien patri kattoliku, anki jekk ma semmiehx. L-Isqof Justin Welby ta’ Durham, li se jsir l-Arċisqof il-ġdid ta’ Canterbury, qal f’konferenza tal-aħbarijiet li kien influwenzat mill-ispiritwalita Benedittina u minn dik Injazjana. Iddikjara wkoll li fis-Sinodu Ġenerali li jmexxi l-Knisja Anglikana, u li se jkun qed jiddeċiedi fuq l-ordinazzjoni tal-Isqfijiet nisa, f’laqgħa ta’ jumejn li tibda fid-19 ta’ Novembru, huwa se jkun qed jivvota favur… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira 2012

Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

11 ta’ Novembru 2012

Illum qegħdin niċċelebraw Jum it-Tifkira, biex ma ninsewx lil dawk li taw jew ipperikolaw ħajjithom fl-aħħar żewġ Gwerer Dinjija. Ikun hemm xi wħud minna li f’dan il-Jum jiftakru fl-għeżież tagħhom li tilfu fil-gwerra, u allura t-tifkira tkun ħafna iktar personali u allura iktar emottiva għal din it-telfa… Kompli aqra »

12-18 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali u wara jiċċelebra magħhom Quddiesa u jiekol magħhom fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jżur l-iskola Primarja ta’ Gwardamanġa bħala parti miż-Żjara Pastorali.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, tal-Virtu’.

7 p.m… Kompli aqra »

In-Nunzju Appostoliku maħtur Arċisqof ta’ Pompei

Aktar kmieni llum, tħabbar li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI ħatar lin-Nunzju Appostoliku ġewwa Malta, l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Tommaso Caputo, bħala l-Arċisqof il-ġdid tal-belt ta’ Pompei u Delegat Pontifiċju għas-Santwarju tal-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju ta’ Pompei.

L-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Tommaso Caputo, li għandu 62 sena u huwa mill-belt ta’ Napli, kien ordnat saċerdot fl-1974. Wara xi snin ta’ ħidma pastorali fl-Arċidjoċesi ta’ Napli, huwa daħal fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede… Kompli aqra »

iIt-tweġiba għall-isforz globali kontra l-vjolenza

Pope Benedict XVI

L-għan li tintrebaħ il-vjolenza li thedded il-bini ta’ dinja bbażata fuq il-ġustizzja u l-paċi, isejjaħ għal responsabbilta kbira mis-soċjeta sħiħa. B’din il-konvinzjoni, il-Papa Benedittu XVI indirizza għeluq il-81 Assemblea Ġenerali tal-Interpol li saret fl-aħħar jiem f’Ruma.

Il-Papa tkellem dwar it-tħassib tiegħu marbut mal-evoluzzjoni tal-vjolenza kriminali li llum il-ġurnata qed tipprovoka uġigħ kbir lill-familja umana. Qal li timmanifesta ruħha kontinwament fis-soċjeta b’theddida għas-soċjeta u sfida għas-supremazija tal-iStat… Kompli aqra »

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja fl-2013

Ir-Regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena 2013 ġew ippublikati fuq il-website tal-Knisja f’Malta, fis-sezzjoni: www.maltadiocese.org/lang/mt/church-schools

B’kollox ser ikun hemm total ta’ 1,802 postijiet vakanti. L-applikazzjonijiet ser isiru f’diversi skejjel tal-Knisja bejn Novembru u Frar. Min ser japplika għandu jieħu miegħu d-dokumenti meħtieġa u l-applikazzjoni timtelà dakinhar stess.  B’hekk l-applikanti ma jkollhomx għalfejn jinqalgħu darbtejn. Lista tad-dokumenti meħtieġa, u l-ġranet meta wieħed għandu jmur japplika u fejn, huma imniżżla fir-Regolamenti… Kompli aqra »

Church Archives Online

The Archdiocese of Malta has transferred all its microfilms into digital media to make them available over the internet.  This will enable the Archives to be more reachable by researchers and the casual visitor alike.

The Archives of the Archbishop of Malta, located in Floriana, contain the diocesan records from 1531 to 1898, along with some miscellaneous items dating from 1450 to 1928… Kompli aqra »

L-Arkivji tal-Kurja jinsabu online

Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Novembru 2012,  saret tat-tnedija uffiċċjali ta’ website ġdida http://archives.maltadiocese.org li ġiet inawgurata llum mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Il-website tiġbor fiha l-Arkivji tal-Arċisqof li jinsabu fil-Kurja. Din tinkludi dokumenti ta’ bejn l-1531 u l-1898, fosthom dokumentazzjoni uffiċċjali dwar il-visti pastorali, atti ċivili, reġistri  u oħrajn.

Studenti u ricerkaturi spiss juzaw l-arkivji tal-Kurja għall-proġetti tagħhom u għalhekk inħasset il-ħtiega li dawn jigu diġitizzati u aċċessibbli online… Kompli aqra »