Yearly Archives: 2012

Il-Papa Benedittu XVI f’messaġġ lill-President Amerikan Barack Obama

President Barack Obama and Pope Benedict XVI, are photographed when they met at the Vatican, Friday, July 10, 2009.

Il-Papa Benedittu XVI, permezz tan-Nunzju Appostoliku tiegħu f’Washington, l-Istati Uniti tal-Amerika, bagħat mesaġġ lil Barack Obama wara li tħabbret ir-rebħa tiegħu fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana.

Fil-messaġġ tiegħu, il-Papa esprima x-xewqat lil Obama għal dan it-tieni mandat u wiegħdu t-talb sabiex kemm f’pajjiżu, kif ukoll fil-komunita internazzjonali, Alla jgħinu jesgwixxi r-responsabbiltajiet serji li għandu… Kompli aqra »

Ftuħ taż-Żjara Pastorali f’Birkirkara

Nhar is-Sibt 3 ta’ Novembru, 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima fi Guardamangia. F’din il-komunita’ l-Arċisqof ser jiltaqa’ mal-komunita tal-patrijiet Dumnikani. L-Arċisqof ser jiltaqa’ mal-Kummissjonijiet li jikoordinaw il-ħidma pastorali fil-parroċċa. Ser ikun hemm hin fejn l-Arċisqof iżur iċ-ċentru tal-katekiżmu.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek… Kompli aqra »

L-alleanza u s-solidarjeta: difiża qawwija kontra l-kriminalita

Archbishop Mamberti

L-Arċisqof Domenique Mamberti, Segretarju għar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi differenti, indirizza l-81 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali  tal-Organizzazzjoni Internazzjoni tal-Pulizija fil-qasam tal-Kriminal, magħrufa bħala l-Interpol. L-Assemblea għaddejja bħalissa f’Ruma bit-tema “L-isfidi għall-pulizija quddiem il-vjolenza kriminali kontemporanja”.

L-Arċisqof innota li l-kriminalita żdiedet kemm f’termini kwantitattivi u anki f’termini ta’ vjolenza. “Il-ġlieda kontra kull forma ta’ vjolenza, speċjalment dik l-iktar brutali, tippresupponi dmir morali sabiex tgħin fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet meħtieġa li jassiguraw li l-vjolenza ma tiżviluppax.In-nies li jaħdmu fiż-żamma tal-ordni u l-organizzazzjonijiet pulizjeski li tirrappreżentaw, ilkoll konxji li l-iktar effiċjenti kontra kull forma ta’ kriminalita huma ċ-ċittadini tal-pajjiż… Kompli aqra »

L-Arċisqof jordna sitt djakni

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Novembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ordna sitt djakni ġodda fil-knisja parrokkjali tal-Mosta.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-għoti tal-Ministeru tad-Djakonat

Knisja Parrokkjali, il-Mosta

4 ta’ Novembru 2012

Ħuti, permezz tas-sagramenti, Alla l-Imbierek għoġbu jagħti lill-Knisja il-mezzi kollha biex wieħed ikun jista’ jitqaddes. Fost dawn is-sagramenti huwa tana wkoll l-Ordni Sagri għaliex bħal kull ġemgħa oħra għandna bżonn dawk li jmexxuna u li jgħallmuna. L-Ordni Sagri għandu tliet gradi: il-pjenezza tas-saċerdozju ministerjali qiegħda fl-Isqof, imbagħad għandna l-presbiteri, is-saċerdoti, il-qassisin, imbagħad għandna d-djakni… Kompli aqra »

Il-Papa Benedittu XVI jesprimi ferħ għall-ħatra tal-Kap tal-Knisja Ortodossa Kopta

Fl-Eġittu l-Isqof Tawadros inħatar bħala l-Kap tal-Knisja Ortodossa Kopta fl-Eġittu.

Il-Papa Benedittu XVI esprima ferħ għall-aħbar u qal li jinsab konvint li se jkun mexxej spiritwali ġenwin għall-poplu taħt il-kura tiegħu sabiex fl-Eġittu tgħammar il-paċi u l-għaqda. Qal li jinsab konvint li Tawadros iservi f’ġieħ il-ġid komuni u l-ħid ta’ Lvant Nofsani kollu. “F’dan iż-żmien ta’ sfidi, hu importanti għall-insara kollha sabiex jagħtu xiehda tal-imħabba li tgħaqqadhom, sabiex titwettaq fil-prattika it-talba ta’ Kristu nnifsu fl-aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu ‘sabiex ikunu lkoll ħaġa waħda u d-dinja temmen’”… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-Kummissjoni Djakonija

Nhar is-Sibt 3 ta’ Novembru 2012, l-Arċisqof ltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fil-parroċċa ta’ Gwardamanġa, fis-Sala Yvonee.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »

5-11 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.15 a.m.          L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard… Kompli aqra »