Yearly Archives: 2012

Iż-żgħażagħ f’laqgħa fil-Knisja tas-Sgħajtar


Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Novembru, l-adolexxenti flimkien mal-Arċisqof fetħu ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Kristu Re permezz ta’ laqgħa msejħa ‘Meeteen’, li saret ġewwa ċ-Ċentru Pastorali tas-Sgħajtar, fil-parroċċa tan-Naxxar bejn is-6.30 p.m. u d-9.00 p.m. It-tema għal din is-sena poġġiet l-mistoqsija ‘Il-Fidi Bla Sens?’. It-tema offriet stedina liż-żgħażagħ biex permezz ta’ attività ċentrali li saret dakinhar, jagħmlu mixja mis-sensi għall-fidi. Din il-laqgħa, li din is-sena ġiet organizzata mill-grupp ta’ żgħażagħ Navitas, ġabet flimkien mijiet ta’ adolexxenti ta’ bejn 12 u 16-il sena… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet għall-festa ta’ Kristu Re

Nhar il-Ħadd li ġej il-Knisja tiċċelebra il-festa liturġika ta’ Kristu Re. Iċ-ċelebrazzjonijiet għal din is-sena se jikkonsistu fi tlett attivitajiet ewlenin: waħda għall-adoloxxenti, attività oħra għat-tfal u attività Djoċesana li hija miftuħa għal kulħadd. 

Iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re, li se jippresiedi l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P, se ssir il-Ħadd stess fil-pjazza maġenb il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan, fl-4p.m.  L-Isqof Awżiljarju, Mons… Kompli aqra »

Ir-Raba’ Kungress tal-Predikazzjoni:Il-Kelma: Mid-deżert għall-Belt

Bejn il-15 u s-17 ta’ Novembru 2012, il-Provinċja Dumnikana Maltija organizzat ir-Raba’ Kungress tal-Predikazzjoni bit-tema Il-Kelma:  Mid-Deżert għall-Belt.

Il-kelliem prinċipali f’dan il-Kungress kien Fr. Michael Monshau O.P., Dumnikan mill-Amerika, li għandu dottorat fl-Omeletika.  Fr. Monshau jgħallem fl-Università San Tumas t’Akwinu f’Ruma (Angelicum) u jagħti korsijiet ukoll fil-Kulleġġ Dumnikan tal-Filosofija u Teoloġija f’Barkeley, California, USA.  Hu wkoll awtur u editur ta’ diversi kotba, fosthom The Grace and Task of Preaching (Dominican Publications, Dublin 2006)… Kompli aqra »

Ir-Raba’ Kungress tal-Predikazzjoni Il-Kelma: Mid-deżert għall-Belt

Bejn il-15 u s-17 ta’ Novembru 2012, il-Provinċja Dumnikana Maltija organizzat ir-Raba’ Kungress tal-Predikazzjoni bit-tema Il-Kelma:  Mid-Deżert għall-Belt.

Il-kelliem prinċipali f’dan il-Kungress kien Fr. Michael Monshau O.P., Dumnikan mill-Amerika, li għandu dottorat fl-Omeletika.  Fr. Monshau jgħallem fl-Università San Tumas t’Akwinu f’Ruma (Angelicum) u jagħti korsijiet ukoll fil-Kulleġġ Dumnikan tal-Filosofija u Teoloġija f’Barkeley, California, USA.  Hu wkoll awtur u editur ta’ diversi kotba, fosthom The Grace and Task of Preaching (Dominican Publications, Dublin 2006)… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-19 ta’ Novembru

Luqa 18,35-43

Ġara li, huwa u riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità. Dan sama’ l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x’ġara. U qalulu li kien għaddej Ġesù ta’ Nazaret. Hu qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!” Dawk li kienu mexjin quddiem bdew iċanfruh u jsikktuh, imma hu aktar issokta jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!” Ġesù waqaf u ordna li jressquhulu quddiemu… Kompli aqra »

19-25 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, fir-residenza tiegħu.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali Flimkien mal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi fil-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika ta’ Guardamangia fis-Sala Yvonne, bħala parti miż-Żjara Pastorali.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu ta’ Guardamangia fis-Sala Yvonne… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-18 ta’ Novembru

It-33 Hadd ta’ Matul is-Sena

Mark 13,24-32

“Imma f’dawk il-jiem, wara dawk id-dwejjaq, ix-xemx tiddallam, il-qamar jitlef id-dija tiegħu, il-kwiekeb jibdew jaqgħu mis-sema, Mbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-sħab b’qawwa kbira u bi glorja. U mbagħad jibgħat l-anġli biex jiġbor flimkien il-maħturin tiegħu mill-erbat irjieħ, minn tarf l-art sa tarf is-sema. “Mis-siġra tat-tin tgħallmu din il-parabbola. Meta l-fergħa tagħha tirtab u tarmi l-weraq, intom tintebħu li s-sajf fil-qrib… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet bi tħejjija għall-ordinazzjoni episkopali tal-E.T. Mons. Charles J. Scicluna

Il-Kurja tal-Arċisqof qed tippublika l-programm ta’ ċelebrazzjonijiet bi tħejjija għall-Ordinazzjon Episkopali tal-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Titulari Elett ta’ San Leone u Isqof Awziljari Elett ta’ Malta. Kulħadd hu mistieden li jattendi. It-Tlieta 20 ta’ Novembru 2012 – Parroċċa San Sebastjan, Ħal Qormi

Tifkira tas-Sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Nisranija

5.30 p.m. Laqgħa mat-tfal tal-parroċċa. Ċelebrazzjoni li fiha jsir it-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-17 ta’ Novembru

Luqa 18,1-8

Mbagħad qalilhom parabbola biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd. F’dik il-belt kien hemm waħda armla, u kienet tmur għandu u tgħidlu, ‘Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi.’ Hu ma riedx, u dam ħafna hekk; iżda mbagħad bejnu u bejn ruħu qal, ‘Mhux għax nibża’ minn Alla jew għax se nħabbel rasi min-nies, imma għallinqas għax din l-armla dejjqitni; ħa nagħmlilha ħaqq, biex ma tibqax ġejja u sejra sa ma tifnini.’ ” U l-Mulej qal: “Isimgħu ftit x’jgħid  l-imħallef il-ħażin… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-16 ta’ Novembru

Luqa 17, 26-37

“U bħalma ġara fi żmien Noè, hekk ukoll jiġri fi żmien Bin il-bniedem. Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewwġu u jżewwġu, sa dakinhar li Noè daħal fl-arka; mbagħad ġie d-dilluvju u qeridhom ilkoll. L-istess bħalma ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawwlu, jibnu, imma dak in-nhar li Lot ħareġ minn Sodoma, Alla bagħat xita ta’ nar u kubrit mis-sema u qeridhom ilkoll… Kompli aqra »