Yearly Archives: 2012

Il-Vanġelu tal-12 ta’ Novembru

Luqa 17,1-6

Darba lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin. Oqogħdu attenti! “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, widdbu, u jekk jindem aħfirlu. U jekk jonqsok seba’ darbiet f’ġurnata, u jdur lejk seba’ darbiet u jgħidlek, ‘Jisgħobbija,’ aħfirlu.” L-appostli qalu lill-Mulej: “Kattar fina l-fidi.” Weġibhom il-Mulej: “Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra  tat-tut, ‘Inqala’ u mur tħawwel fil-baħar,’ u hi kienet tisma’ minnkom… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira 2012

Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

11 ta’ Novembru 2012

Illum qegħdin niċċelebraw Jum it-Tifkira, biex ma ninsewx lil dawk li taw jew ipperikolaw ħajjithom fl-aħħar żewġ Gwerer Dinjija. Ikun hemm xi wħud minna li f’dan il-Jum jiftakru fl-għeżież tagħhom li tilfu fil-gwerra, u allura t-tifkira tkun ħafna iktar personali u allura iktar emottiva għal din it-telfa… Kompli aqra »

12-18 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali u wara jiċċelebra magħhom Quddiesa u jiekol magħhom fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jżur l-iskola Primarja ta’ Gwardamanġa bħala parti miż-Żjara Pastorali.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, tal-Virtu’.

7 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-11 ta’ Novembru

It-32 Hadd ta’ Matul is-Sena

Mark 12,38-44

Hu u jgħallimhom Gesu qal ukoll: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu. Dawn jieħdu kundanna aktar iebsa.” Kien qiegħed biswit it-teżor, iħares u jara xi flus jitfgħu n-nies fit-teżor… Kompli aqra »

In-Nunzju Appostoliku maħtur Arċisqof ta’ Pompei

Aktar kmieni llum, tħabbar li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI ħatar lin-Nunzju Appostoliku ġewwa Malta, l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Tommaso Caputo, bħala l-Arċisqof il-ġdid tal-belt ta’ Pompei u Delegat Pontifiċju għas-Santwarju tal-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju ta’ Pompei.

L-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Tommaso Caputo, li għandu 62 sena u huwa mill-belt ta’ Napli, kien ordnat saċerdot fl-1974. Wara xi snin ta’ ħidma pastorali fl-Arċidjoċesi ta’ Napli, huwa daħal fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede… Kompli aqra »

iIt-tweġiba għall-isforz globali kontra l-vjolenza

Pope Benedict XVI

L-għan li tintrebaħ il-vjolenza li thedded il-bini ta’ dinja bbażata fuq il-ġustizzja u l-paċi, isejjaħ għal responsabbilta kbira mis-soċjeta sħiħa. B’din il-konvinzjoni, il-Papa Benedittu XVI indirizza għeluq il-81 Assemblea Ġenerali tal-Interpol li saret fl-aħħar jiem f’Ruma.

Il-Papa tkellem dwar it-tħassib tiegħu marbut mal-evoluzzjoni tal-vjolenza kriminali li llum il-ġurnata qed tipprovoka uġigħ kbir lill-familja umana. Qal li timmanifesta ruħha kontinwament fis-soċjeta b’theddida għas-soċjeta u sfida għas-supremazija tal-iStat… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-10 ta’ Novembru

Luqa 16, 9-15

U jiena ngħidilkom, agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f’dak li hu ta’ ħaddieħor, min se jagħtikom dak li hu tagħkom? … Kompli aqra »

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja fl-2013

Ir-Regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena 2013 ġew ippublikati fuq il-website tal-Knisja f’Malta, fis-sezzjoni: www.maltadiocese.org/lang/mt/church-schools

B’kollox ser ikun hemm total ta’ 1,802 postijiet vakanti. L-applikazzjonijiet ser isiru f’diversi skejjel tal-Knisja bejn Novembru u Frar. Min ser japplika għandu jieħu miegħu d-dokumenti meħtieġa u l-applikazzjoni timtelà dakinhar stess.  B’hekk l-applikanti ma jkollhomx għalfejn jinqalgħu darbtejn. Lista tad-dokumenti meħtieġa, u l-ġranet meta wieħed għandu jmur japplika u fejn, huma imniżżla fir-Regolamenti… Kompli aqra »

Church Archives Online

The Archdiocese of Malta has transferred all its microfilms into digital media to make them available over the internet.  This will enable the Archives to be more reachable by researchers and the casual visitor alike.

The Archives of the Archbishop of Malta, located in Floriana, contain the diocesan records from 1531 to 1898, along with some miscellaneous items dating from 1450 to 1928… Kompli aqra »