Yearly Archives: 2012

Il-Vanġelu tas-9 ta’ Novembru

Dedikazzjoni tal-Bazilki ta’ San Gwann Lateran

Gwann 2, 13-22

Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ‘il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed. U lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: “Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!” Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.’ Mbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: “X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?” Ġesù weġibhom: “Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.” Għalhekk il-Lhud qalulu: “Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?” Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu… Kompli aqra »

L-Arkivji tal-Kurja jinsabu online

Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Novembru 2012,  saret tat-tnedija uffiċċjali ta’ website ġdida http://archives.maltadiocese.org li ġiet inawgurata llum mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Il-website tiġbor fiha l-Arkivji tal-Arċisqof li jinsabu fil-Kurja. Din tinkludi dokumenti ta’ bejn l-1531 u l-1898, fosthom dokumentazzjoni uffiċċjali dwar il-visti pastorali, atti ċivili, reġistri  u oħrajn.

Studenti u ricerkaturi spiss juzaw l-arkivji tal-Kurja għall-proġetti tagħhom u għalhekk inħasset il-ħtiega li dawn jigu diġitizzati u aċċessibbli online… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-8 ta’ Novembru

Luqa 15, 1-10

Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? … Kompli aqra »

Il-Papa Benedittu XVI f’messaġġ lill-President Amerikan Barack Obama

President Barack Obama and Pope Benedict XVI, are photographed when they met at the Vatican, Friday, July 10, 2009.

Il-Papa Benedittu XVI, permezz tan-Nunzju Appostoliku tiegħu f’Washington, l-Istati Uniti tal-Amerika, bagħat mesaġġ lil Barack Obama wara li tħabbret ir-rebħa tiegħu fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana.

Fil-messaġġ tiegħu, il-Papa esprima x-xewqat lil Obama għal dan it-tieni mandat u wiegħdu t-talb sabiex kemm f’pajjiżu, kif ukoll fil-komunita internazzjonali, Alla jgħinu jesgwixxi r-responsabbiltajiet serji li għandu… Kompli aqra »

Ftuħ taż-Żjara Pastorali f’Birkirkara

Nhar is-Sibt 3 ta’ Novembru, 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima fi Guardamangia. F’din il-komunita’ l-Arċisqof ser jiltaqa’ mal-komunita tal-patrijiet Dumnikani. L-Arċisqof ser jiltaqa’ mal-Kummissjonijiet li jikoordinaw il-ħidma pastorali fil-parroċċa. Ser ikun hemm hin fejn l-Arċisqof iżur iċ-ċentru tal-katekiżmu.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek… Kompli aqra »

L-alleanza u s-solidarjeta: difiża qawwija kontra l-kriminalita

Archbishop Mamberti

L-Arċisqof Domenique Mamberti, Segretarju għar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi differenti, indirizza l-81 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali  tal-Organizzazzjoni Internazzjoni tal-Pulizija fil-qasam tal-Kriminal, magħrufa bħala l-Interpol. L-Assemblea għaddejja bħalissa f’Ruma bit-tema “L-isfidi għall-pulizija quddiem il-vjolenza kriminali kontemporanja”.

L-Arċisqof innota li l-kriminalita żdiedet kemm f’termini kwantitattivi u anki f’termini ta’ vjolenza. “Il-ġlieda kontra kull forma ta’ vjolenza, speċjalment dik l-iktar brutali, tippresupponi dmir morali sabiex tgħin fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet meħtieġa li jassiguraw li l-vjolenza ma tiżviluppax.In-nies li jaħdmu fiż-żamma tal-ordni u l-organizzazzjonijiet pulizjeski li tirrappreżentaw, ilkoll konxji li l-iktar effiċjenti kontra kull forma ta’ kriminalita huma ċ-ċittadini tal-pajjiż… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-7 ta’ Novembru

Luqa 14, 25-33

Kotra kbira ta’ nies kienet miexja miegħu; Gesu dar lejhom u qalilhom: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ‘l ommu u lil martu u lil uliedu, ‘l ħutu subjien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu. Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi. “Għax min minnkom ikun irid jibni torri u ma joqgħodx bilqiegħda biex l-ewwelnett iqis in-nefqa, ħalli jara għandux biżżejjed biex iwassal sa l-aħħar? … Kompli aqra »

L-Arċisqof jordna sitt djakni

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Novembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ordna sitt djakni ġodda fil-knisja parrokkjali tal-Mosta.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »