Yearly Archives: 2012

Il-Vanġelu tas-6 ta’ Novembru

Luqa 14, 15-24

Wieħed minn dawk li kienu miegħu għall-mejda, meta semgħu jgħid dan, qallu: “Hieni min jiekol il-ħobż fis-Saltna ta’ Alla!” Iżda hu wieġeb: “Wieħed raġel għamel pranzu kbir u stieden ħafna nies. Meta sar il-ħin għall-ikel, bagħat lill-qaddej tiegħu għand il-mistednin biex jgħidilhom, ‘Ejjew, għax ġa lest kollox.’ Imma lkoll xorta waħda bdew isibu xi skuża. L-ewwel wieħed qallu, ‘Xtrajt għalqa, u jeħtieġli mmur naraha; nitolbok tagħdirni.’ Ieħor qallu, ‘Xtrajt ħames żwieġ barrin, u sejjer nara x’jagħtu; nitolbok tagħdirni.’ Ieħor qallu, ‘Iżżewwiġt, għalhekk ma nistax niġi.’ Il-qaddej raġa’ lura għand sidu u qallu kollox… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-għoti tal-Ministeru tad-Djakonat

Knisja Parrokkjali, il-Mosta

4 ta’ Novembru 2012

Ħuti, permezz tas-sagramenti, Alla l-Imbierek għoġbu jagħti lill-Knisja il-mezzi kollha biex wieħed ikun jista’ jitqaddes. Fost dawn is-sagramenti huwa tana wkoll l-Ordni Sagri għaliex bħal kull ġemgħa oħra għandna bżonn dawk li jmexxuna u li jgħallmuna. L-Ordni Sagri għandu tliet gradi: il-pjenezza tas-saċerdozju ministerjali qiegħda fl-Isqof, imbagħad għandna l-presbiteri, is-saċerdoti, il-qassisin, imbagħad għandna d-djakni… Kompli aqra »

Il-Papa Benedittu XVI jesprimi ferħ għall-ħatra tal-Kap tal-Knisja Ortodossa Kopta

Fl-Eġittu l-Isqof Tawadros inħatar bħala l-Kap tal-Knisja Ortodossa Kopta fl-Eġittu.

Il-Papa Benedittu XVI esprima ferħ għall-aħbar u qal li jinsab konvint li se jkun mexxej spiritwali ġenwin għall-poplu taħt il-kura tiegħu sabiex fl-Eġittu tgħammar il-paċi u l-għaqda. Qal li jinsab konvint li Tawadros iservi f’ġieħ il-ġid komuni u l-ħid ta’ Lvant Nofsani kollu. “F’dan iż-żmien ta’ sfidi, hu importanti għall-insara kollha sabiex jagħtu xiehda tal-imħabba li tgħaqqadhom, sabiex titwettaq fil-prattika it-talba ta’ Kristu nnifsu fl-aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu ‘sabiex ikunu lkoll ħaġa waħda u d-dinja temmen’”… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-Kummissjoni Djakonija

Nhar is-Sibt 3 ta’ Novembru 2012, l-Arċisqof ltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fil-parroċċa ta’ Gwardamanġa, fis-Sala Yvonee.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-5 ta’ Novembru

Luke 14, 12-14

Mbagħad Gesu qal ukoll lil dak li kien stiednu: “Meta tagħti ikla jew pranzu, tistedinx lil ħbiebek jew lil ħutek jew lil qrabatek, u anqas ġirien għonja, għax għandhom mnejn imbagħad jistiednu lilek huma, u hekk iroddulek il-pjaċir li tkun għamiltilhom. Għall-kuntrarju, meta tagħmel ikla, stieden il-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja, u hieni int, għax dawn ma għandhomx minn fejn iroddulek pjaċir bi pjaċir, imma jroddhulek Alla meta l-ġusti jqumu għall-ħajja!”

Il-Qaddis tal-jum: Santa Elizabetta u Zakkarija Kompli aqra »

5-11 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.15 a.m.          L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-4 ta’ Novembru

Il-31 Hadd ta’ Matul is-Sena

Mark 12,28-34

Wieħed mill-kittieba semagħhom jitlewwmu bejniethom, u, meta ra kemm Ġesù kien weġibhom tajjeb, resaq fuqu u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?” Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha… Kompli aqra »

Ordinazzjoni ta’ sitt djakni

Għada, il-Ħadd 4 ta’ Novembru, fil-5.30 ta’ filgħaxija, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser imexxi konċelebrazzjoni solenni fil-Knisja Arċipretali ta’ Marija Mtella s-Sema, il-Mosta, li fiha se jiġu ordnati djakni sitt żgħażagħ. Dawn huma s-seminaristi: Leonard Mintoff mill-Parroċċa ta’ Santa Elena,  Birkirkara; Charlon Muscat mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, Mosta; Reuben Vella mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina, ż-Żurrieq; Fra Terence Spiteri mill-Ordni Agostinjan; Fra Josef Pace u Fra Stephen Borg, it-tnejn mill-Ordni tal-Franġiskani Konventwali… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-3 ta’ Novembru

Luqa 14, 1.7-11

Darba, kien is-Sibt, daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek, ‘Agħti l-post lil dan’, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post ta’ l-aħħar… Kompli aqra »

Il-Programm taż-Żjara Pastorali fi Gwardamanġa

L-Erbgħa 31 ta’ Novembru

11.00am         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan ta’ Gwardamanġa, fil-Kurja.

Is-Sibt 3 ta’ Novembru

4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonja fis-Sala Yvonne.

6.00 p.m.         L-Arċisqof jqaddes fil-Knisja Parrokkjali bħala ftuh tal-Viżta Pastorali u wara jiltaqa’ man-nies… Kompli aqra »