Yearly Archives: 2012

Il-Vanġelu tat-22 ta’ Ottubru

Luqa 12, 13-21

Xi ħadd mill-folla qallu: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi.” “Ħabib,” wieġbu Ġesù, “min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?” Mbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu.” U qalilhom parabbola: “Wieħed raġel għani ġabar kotra ta’ frott mir-raba’ tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-21 ta’ Ottubru

Id-disa’ u ghoxrin Hadd ta’ matul is-sena

Mark 10,35-45

Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: “Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna.” “Xi triduni nagħmlilkom?” staqsiehom. U huma weġbuh: “Ħallina noqogħdu wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug fil-glorja tiegħek.” Imma Ġesù qalilhom: “Ma tafux x’intom titolbu. Għandkom ħila tixorbu l-kalċi li se nixrob jien, u titgħammdu wkoll bil-magħmudija li biha se nitgħammed jien?” “Għandha,” qalulu… Kompli aqra »

Konferenza l-Ispiritwalita’ fiż-Żwieġ

Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Ottubru 2012, saret konferenza organizzata mill-Proġett Impenn, bit-tema ‘L-Ispiritwalita’ fiż-Żwieġ’. Il-kelliem ewlieni kien Mons. Jean Laffitte, Segretarju tal-Kunsill Pontifiċju tal-Familja. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. għalaq il-konferenza li kienet tinkludi wkoll esperjenza taż-żwieġ minn koppja ta’ eta’ żagħżugħa. Il-konferenza saret fil-lukanda Phoenicia, Floriana.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Jinġabru €613,715 għall-Caritas f’Xarabank

Il-ġenerożità tal-Maltin reġgħet spikkat waqt il-programm Xarabank fuq TVM nhar il-Ġimgħa li għaddiet meta nġabret is-somma ta’ €163,715 għall-Caritas Malta.  Il-programm kien dwar il-ħidma tal-Caritas għar-riabilitazzjoni mill-użu tad-droga, u servizzi oħra li din l-organizzazzjoni tagħti lil nies fil-bżonn.

Din kienet ukoll wirja ta’ apprezzament lid-direttur tal-Caritas Monsinjur Victor Grech li nhar il-Gimgħa stess għalaq 83 sena.  Dawk li ċemplu bid-donazzjonijiet tagħhom urew apprezzament għall-viżjoni u l-ħidma ta’ Monsinjur Grech biex jgħin persuni jaqtgħu l-użu ta’ droga llegali u jidħlu lura fis-soċjetà… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-20 ta’ Ottubru

Luqa 12, 8-12

Gesu qalilhom:”U ngħidilkom li kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li huwa miegħi, Bin il-bniedem ukoll jistqarr li huwa miegħu quddiem l-anġli ta’ Alla. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien niċħad lilu quddiem l-anġli ta’ Alla. U kull min jgħid xi ħaġa kontra Bin il-bniedem tinħafirlu; iżda min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jinħafirlux. Meta jeħdukom quddiem is-sinagogi u l-kapijiet u s-setgħat, toqogħdux tħabblu raskom kif sejrin twieġbu jew x’sejrin tgħidu, għax l-Ispirtu s-Santu jgħallimkom dak il-ħin stess x’għandkom tgħidu.”

Il-Qaddis tal-jum: Santa Irene tal-Portugal Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-19 ta’ Ottubru

Luke 12, 1-7

Sadattant in-nies bdiet tinġabar bl-eluf, kulħadd jgħaffeġ fuq xulxin. U hu qabad jgħid l-ewwelnett lid-dixxipli tiegħu: “Ilqgħu rwieħkom mill-ħmira tal-Fariżej, jiġifieri mill-wiċċ b’ieħor tagħhom. Xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf. Għalhekk, kull ma tkunu għedtu fid-dlam għad jinstama’ fid-dawl, u kull ma tkunu tkellimtu fil-widnejn, fil-kmamar ta’ ġewwa, għad jixxandar minn fuq il-bjut… Kompli aqra »

Il-Papa jikkommemora il-Jum Dinji tal-Ikel

Fi stqarrija lid-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Ġnus Maqgħuda għall-Ikel u l-Agrikoltura, Jose Graziano da Silva, il-Papa Benedittu XVI qal li l-Knisja tqis bħala importanti ħafna l-inizjattivi agrikoli, għax dawn jgħinu biex jingħata l-ikel min hu bil-ġuħ.

Meta kien qed jikkommemora l-Jum Dinji tal-Ikel, il-Papa, fil-messaġġ tiegħu, issottolinea l-importanza ta’ dan il-jum partikolarment fid-dawl tal-kriżi ekonomika kurrenti u qal li “l-aċċess għal nutrizzjoni sana u suffiċjenti hu dritt fundamentali ta’ kull persuna”

Żied billi faħħar il-fatt li dan il-Jum kien iddedikat għar-riflessjoni fuq l-irwol tal-Koperattivi Agrikoli li jitimgħu lid-dinja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-18 ta’ Ottubru

Luke 10, 1-9

Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd… Kompli aqra »