Yearly Archives: 2012

Jitħabbar li se tintbagħat delegazzjoni tal-Vatikan fis-Sirja

Vatican delegation will go to Syria

Delegazzjoni mill-Vatikan, magħmula mill-Kardinal Laurent Mosengwo Pasinya, Arċisqof ta’ Kinshasa, il-Kardinal Jean-Louis Tauran, President tal-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-reliġjuż, il-Kardinal Timothy Dolan, Arċisqof ta’ New York, Mons. Fabio Suescun Mutis, mill-Ordinanza Militari tal-Kolumbja u Mons. Joseph Nguyen Nang, Isqof ta’ Phat Diem, se żżur il-belt Sirjana ta’ Damasku fil-jiem li ġejjin.

Waqt is-Sinodu tal-Isqfijiet fil-Vatikan, is-Segretarju tal-iStat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone qal li l-komunità Nisranija ma tistax tkun biss spettatriċi quddiem it-traġedja fis-Sirja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-17 ta’ Ottubru

Luqa 11, 27-26

Imma ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-fejġel u fuq kull xorta ta’ ħxejjex, u mbagħad għal dik li hi ġustizzja u mħabba ta’ Alla tħallu kollox għaddej. Dawn kien imisskom tħarsu, mingħajr ma tħallu l-oħrajn barra. Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħobbu s-siġġijiet ta’ quddiem fis-sinagogi u min isellmilkom fil-pjazez. Ħażin għalikom! Qiskom l-oqbra, li ma tagħrafhomx, u n-nies tgħaddi minn fuqhom bla ma tintebaħ bihom.”  Qabeż wieħed mill-għorrief tal-Liġi u qallu: “Mgħallem, b’dan li qiegħed tgħid qiegħed tgħajjar lilna wkoll!” Qallu Ġesù: “Ħażin għalikom ukoll intom l-għorrief tal-Liġi! … Kompli aqra »

L-evanġelizzazzjoni teħtieġ aktar proattivita mill-Knisja

Archbishop Skurla

L-Arċisqof Kattoliku Biżantin ta’ Pittsburgh, William Skurla, qal li l-Knisja Kattolika qed tagħmel xogħol siewi fl-edukazzjoni reliġjuża mat-tfal, pero jidher li qed tfalli mal-adulti żgħażagħ li jkunu għadhom kemm bdew jieħdu ċerti deċiżjonijiet indipendenti dwar il-ħajja tagħhom.

Meta kien qed jindirizza s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-evanġelizzazzjoni l-ġdida, l-Arċisqof Skurla qal li “l-impenn lejn tiswir ta’ kattoliċi fidili u ffukati, jiddetermina l-futur tal-Knisja”… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Isqof Mario Grech matul is-Sinodu tal-Isqfijiet

Qegħdin ngħaddu l-messaġġ li għamel dalgħodu l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech fis-Sinodu tal-Isqfijiet li qiegħed isir f’Ruma dwar l-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida għat-Trasmissjoni tal-Fidi Kristjana.

NEVANĠELIZZAW IL-FAMILJI FERUTI

Fil-bidu tas-Sena tal-Fidi, il-Q.T. il-Papa jistedinna biex ngħaddu mill-“bieb tal-fidi” ħalli nidħlu f’komunjoni ma’ Alla, u fl-istess ħin biex nagħtu spinta ġdida lill-evanġelizzazzjoni “ħalli niskopru mill-ġdid il-ferħ li hemm filli nemmnu u nerġgħu nsibu l-entużjażmu filli ngħaddi l-fidi lill-oħrajn” (Porta fidei, 1.7)… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-16 ta’ Ottubru

Luqa 11, 37-41

Huwa u jitkellem, wieħed Fariżew stiednu għandu għall-ikel. Daħal għandu u qagħad bilqiegħda. Imma l-Fariżew stagħġeb meta ra li qabel xejn ma nħasilx skond ir-riti ta’ qabel l-ikel. U l-Mulej qallu: “U issa intom il-Fariżej! Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, iżda minn ġewwa intom mimlija bis-serq u l-ħażen. Kemm intom bla moħħ! Min għamel in-naħa ta’ barra, ma għamilx ukoll in-naħa ta’ ġewwa? … Kompli aqra »

Il-Papa: L-għonja għandhom isibu l-ferħ veru f’Alla

The rich man

Fl-aħħar messaġġ pubbliku tiegħu, il-Papa Benedittu XVI irrifletta dwar l-għana fil-kuntest tal-Vanġelu tar-raġel għani. Il-Papa qal li filwaqt li hu diffiċli li raġel għani jidħol fis—saltna t’Alla, mhux impossibbli. Fil-fatt fisser li “Alla jista’ jirbaħ il-qalb ta’ min għandu ħafna rabtiet u jwasslu lejn sens ta’ solidarjeta u qsim ma’ min hu fil-bżonn, ma’ min hu fqir, bil-għan li jidħol fil-loġika tal-premju”… Kompli aqra »

Konferenza dwar l-Ispiritwalita’ fiż-żwieġ

Nhar il-Ġimgħa 19 t’Ottubru 2012, se ssir konferenza organizzata mill-Proġett Impenn, bil-parteċipazzjoni tal-E.T. Mons. Jean Lafitte, Segretarju tal-Kunsill Pontifiċju tal-Familja, fil-lukanda Phoenicia, il-Furjana. Iktar dettalji fuq il-Poster t’hawn taħt. Kompli aqra »

‘Inside-out’ Konkors tal-Arti u Fotografija

Ir-reġistrazzjonijiet għall-konkors tal-arti għaż-żgħażagħ inside|out huma miftuħin. L-inizjattiva qiegħda taċċetta xogħlijiet artistiċi u fotografiċi dwar it-tema. inside|out hija spirata minn Mattew 28,19 – il-vers li Papa Benedittu qiegħed jipproponi liż-żgħażagħ din is-sena.

Ix-xogħlijiet se jiġu evalwati minn ġurija ta’ esperti u l-aħjar fosthom li jipparteċipaw f’esibizzjoni kollettiva ġewwa sagrestia Vault, Valletta Waterfront aktar tard din-sena.

L-applikazzjonijiet jibqgħu miftuħin sa nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Novembru… Kompli aqra »

Bord ta’ Evalwazzjoni Terapewtika għall-vittmi minuri ta’ abbuż sesswali

L-Awtoritajiet tal-Knisja f’Malta waqqfu bord ta’ evalwazzjoni terapewtika, ffurmat minn professjonisti, għall-vittmi minuri ta’ abbuż sesswali. Dan ġie deciż mill-Konferenza Episkopali Maltija (l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Mario Grech) bi qbil mal-Konferenza tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi. Dan is-servizz qed jiġi offrut mill-Knisja bħala parti mill-missjoni pastorali u spiritwali tagħha, u bla ebda preġudizzju għall-pożizzjoni tal-Knisja fil-proċessi ċivili li jistgħu jinqalgħu, u mingħajr ma tirrinunzja għad-drittijiet ta’ difiża… Kompli aqra »