Yearly Archives: 2012

Il-Vanġelu tal-15 ta’ Ottubru

Luqa 11, 29-32

Meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel. F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf ta’ l-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-14 ta’ Ottubru

It-tmienja u ghoxrin Hadd ta’ matul is-sena

Mark 10,17-30

Ġesù  kien se jaqbad it-triq, meta mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” “Għaliex qiegħed issejjaħli ‘tajjeb’?” qallu Ġesù, “ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta’ ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u  ‘l ommok.” U dak wieġbu u qallu: “Mgħallem, jiena dan kollu ili nħarsu minn żgħożiti.” Mbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba u qallu: “Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih   lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; mbagħad ejja u imxi warajja.” Imma għal dan il-kliem ir-raġel qarras wiċċu u telaq b’qalbu sewda, għaliex kellu bosta ġid… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-13 ta’ Ottubru

Luqa 11, 27-28

Huwa u jgħid dan, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!” Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!”

Il-Qaddis tal-jum: San Dwardu il-Konfessur Kompli aqra »

Allegati fenomeni u messaġġi marbuta ma’ Borġ in-Nadur

Għal numru ta’ snin kienu qed isiru allegazzjonijiet dwar fenomeni u messaġġi li qed iseħħu f’rabta ma’ Borġ in-Nadur. L-Awtoritajiet tal-Knisja f’Malta iħossu li fl-evalwazzjoni u fid-dixxerniment ta’ dawn l-allegati fenomeni u messaġġi, wasal iż-żmien li jagħtu direttivi biex dawn il-fenomeni u messaġġi ma jibqgħux jixxandru u jkunu interpretati b’mod pubbliku. Għal dan il-għan ukoll, is-Sur Angelik Caruana se jibda jieħu sehem personalment f’Borġ in-Nadur biss fis-26 ta’ kull xahar… Kompli aqra »

Bidu għas-Sena tal-Fidi f’Malta

Nhar il-Ħamis 11 t’Ottubru 2012, fis-7pm, l-Arċisqof Pawlu Cremona mexxa laqgħa ta’ talb għall-kleru fil-ftuħ tas-Sena tal-Fidi, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, ir-Rabat.  Ghal din l-okkazjoni kien hemm preżenti n-Nunzju Appostoliku, l-E.T. Mons. Tommaso Caputo, l-Arċisqof Emeritus, Mons. Ġuzeppi Mercieca u l-Isqof Awżiljarju-elett, Mons. Charles J. Scicluna. Matul din iċ-ċelebrazzjoni, b’mod simboliku, l-Arċisqof  xegħel id-dawl tal-fidi mill-lampier li jinsab fil-grotta ta’ San Pawl, u li jirrapreżenta l-wasla tal-fidi f’Malta… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-Assemblea Djoċesana 2012

Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara
6 ta’ Ottubru, 2012

Il-Ħtieġa tal-Fidi

Fil-preżentazzjoni tal-pastorali għamilt mistoqsija għalija, nittama li ngħinkom mhux infixkilkom.  U l-mistoqsija li għamilt: għaliex il-fidi? Mhux x’inhi l-fidi, imma għaliex hemm bżonn il-fidi?  U se nipprova nagħmel daqsxejn ta’ riflessjonijiet, kif deherli jien, għaliex għandna bżonn il-fidi.

Skont il-Ktieb tal-Ġenesi, fl-ewwel u t-tieni kapitli, ma kienx hemm bżonn fidi.  … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-12 ta’ Ottubru

Luqa 11, 15-26

Ġesù kien qiegħed ikeċċi xitan, li kien imbikkem. Meta x-xitan ħareġ, l-imbikkem tkellem, u n-nies stagħġbu. Iżda xi wħud minnhom qalu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.” Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema. Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal fil-M.U.S.E.U.M. Subien u mal- Kunsilli u Kummissjonijiet tal-Kalkara

Nhar it-Tlieta 9 t’Ottubru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mat-tfal subien tal-MUSEUM u mal-katekisti tagħhom. Aktar tard iltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kunsill Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali tal-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof il-Birgu.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Illum tibda s-Sena tal-Fidi

Illum, il-11 t’Ottubru 2012, hija l-ewwel ġurnata li qiegħda timmarka l-bidu tas-Sena tal-Fidi, wara xewqa tal-Papa Benedittu XVI biex “mill-ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja”.

Bħalissa wkoll qiegħed iseħħ is-Sinodu tal-Isqfijiet li beda fis-7 t’Ottubru u se jibqa’ għaddej sal-24 tal-istess xahar bit-tema tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida. Minn Malta qed jattendi l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-Isqfijiet Maltin għaddewlna l-kelma Appostolika tagħhom fuq is-sena speċjali li se nibdew illum… Kompli aqra »