Yearly Archives: 2012

Il-Papa jawtorizza l-għoti tal-indulġenzi fl-attivitajiet tas-Sena tal-Fidi

Year of Faith 2012-2013

Il-Kattoliċi li se jieħdu sehem fl-attivitajiet relatati mas-Sena tal-Fidi, bejn il-11 t’Ottubru 2012 u l-24 ta’ Novembru 2013, se jkun jista’ jirċievi indulġenza speċjali, qal il-Vatikan. Il-Papa awtorizza l-għoti ta’ indulġenza plenarja jew sħiħa sabiex tingħata l-importanza mistħoqqa lis-Sena tal-Fidi, anki bil-ħsieb li wieħed jinkoraġixxi “qari, jew aħjar, meditazzjoni dwar id-dokumenti tal-Konċilju Vatikan II u l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika”.

Id-digriet tal-Vatikan qal li l-indulġenza plenarja se tingħata lill-pellegrini li jżuru santwarji qaddisa, lill-kattoliċi li jieħdu sehem f’attivitajiet marbuta mas-Sena tal-Fidi, u lil dawk li jistgħu ikunu morda jew mhux f’kundizzjoni li jkunu fiżikament preżenti fl-attivitajiet organizzati… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-11 ta’ Ottubru

Luke 11, 5-13

Gesu qalilhom ukoll: “Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f’nofs ta’ lejl u jgħidlu, ‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x’nagħtih.’ U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu, ‘Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin  fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik.’ Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum u jagħtih kull ma jkollu bżonn minħabba l-wiċċ sfiq tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-10 ta’ Ottubru

Luqa 11, 1-4

Darba Gesu kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu.” U qalilhom: “Meta titolbu, għidu, ‘Missier, jitqaddes ismek,  tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum. U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib.’ “

Il-Qaddisa tal-jum: San Danjel Kompli aqra »

Żewġ Dutturi ġodda għall-Knisja Universali

Two tapestries of the new Doctors of the Church

Il-Papa Benedittu XVI ipproklama lil San Ġwann t’Avila u lil Santa Hildegard ta’ Bingen bħala Dutturi tal-Knisja Universali. Dan għamlu qabel ma ċċelebra l-Ewkaristija li matulha inawgura t-13-il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet. It-tema tal-Assemblea kienet “L-Evanġelizzazzjoni l-ġdida għat-Trasmissjoni tal-Fidi Nisranija”.

Meta għadda biex jitkellem dwar iż-żewġ Dutturi ġodda tal-Knisja hu stieden għal riflessjoni… Kompli aqra »

Jasal Malta l-E.T. Mons. Charles J. Scicluna

Nhar it-Tlieta 9 t’Ottubru 2012, fil-12:15pm, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P, in-Nunzju Appostoliku Mons. Tommaso Caputo u l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca,  laqgħu lill-Eċċellenza Tiegħu, Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju elett ta’ Malta, mal-wasla tiegħu minn Ruma, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »

L-Isqof Mario Grech jattendi s-Sinodu tal-Isqfijiet f’Ruma

L-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech flimkien ma’ 265 Isqof minn madwar id-dinja qiegħdin jiltaqgħu għat-13-il Assemblea Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet. L-Evanġelizazzjoni l-Ġdida, hija t-tema li l-Papa Benedittu XVI għażel għal dan is-Sinodu li jaħbat f’għeluq il-50 anniversarju mill-Konċilju Vatikan II. Fi kliem l-Mons. Grech, “il-bniedem tal-llum qed jipprova kollox u jibqa’ jħoss il-vojt, u propju f’dak il-vojt għandna nerġgħu inxandru u ngħinuh jiltaqa’ ma’ Kristu.”

Mons… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-9 ta’ Ottubru

Luqa 10, 38-42

Huma u sejrin, daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Mbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi!” Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta Marta! … Kompli aqra »

Matul is-Sena tal-Fidi: ‘Għożżu t-talba tar-Rużarju’

Pope reciting the Rosary

Qabel ma talab it-talba tal-Angelus, il-Papa Benedittu XVI fakkar li s-supplikazzjoni tradizzjonali annwali li fiha ħadu sehem eluf ta’ nsara madwar id-dinja lbieraħ, saret fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompej, iddedikat lill-Madonna tar-Rużarju.

“Hekk kif kulħadd jingħaqad spiritwalment fit-talb, nistedinkom sabiex matul is-Sena tal-Fidi nitolbu bi ħġarna t-talba tar-Rużarju. Permezz tar-Rużarju, inkunu qed inħallu lilna nfusna nitmexxew minn Marija, il-mudell tal-fidi, fil-meditazzjoni tal-misteri ta’ Kristu… Kompli aqra »