Yearly Archives: 2012

Ħames laqgħat dwar il-Familja

“Familja, kun dak li int”

Dawn il-kelmiet tal-Beatu l-Papa Ġwanni Pawli II huma l-ispirazzjoni għat-tema ta’ din is-sena għall-proġett “Żwieg B’Saħħtu” li ilu jiġi mtella’ mill-Moviment Ta’ Kana sa mill-2008. Kif jixhed l-isem, l-għan ta’ din l-inizjattiva huwa li joffri sensiela ta’ taħdidiet u jippromwovi dibattitu pubbliku b’riżq żwieġijiet b’saħħithom… Kompli aqra »

Tliet Kardinali se jieħdu l-pussess ta’ titlu, djakonat

A cardinal taking possession of diaconate

Nota maħruġa mill-Uffiċċju għaċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa ipprovdiet dettalji dwar it-teħid tal-pussess ta’ dawn it-titli u djakonati:

It-Tnejn 8 t’Ottubru fis-6pm, il-Kardinal Lucian Muresan, Arċisqof ewlieni ta’ Fagaras u Alba Julia fir-Rumanija, se jieħu l-pussess tat-titlu ta’ San Anastasju f’Ruma.

Il-Ħadd 14 t’Ottubru, il-Kardinal George Alencherry, Arċisqof ewlieni ta’ Ernakulam-Angamaly ta’ Syro-Malabars fl-Indja se jieħu l-pussess tat-titlu ta’ San Bernardu ta’ Terme f’Ruma, filwaqt li nhar is-Sibt 20 t’Ottubru, fis-6.30pm, il-Kardinal Julien Ries, se jieħu l-pussess tad-djakonat ta’ San Anton ta’ Padova f’Appia f’Ruma… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-8 ta’ Ottubru

Luke 10, 25-37

Mela jqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrbu, staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?” Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?” U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.” “Sewwa weġibt,” qallu Ġesù,”agħmel hekk u tgħix.” Iżda dak, biex juri li kellu raġun, qal lil Ġesù: “U l-proxxmu tiegħi min hu?” U Ġesù raġa’ qabad jgħidlu: “Wieħed raġel kien nieżel Ġeriko minn Ġerusalemm, u waqa’ f’idejn il-ħallelin; dawn neżżgħuh, biċċruh bis-swat u telqu, u ħallewh nofsu mejjet… Kompli aqra »

Nomina tal-Isqof Awżiljari Ta’ Malta

Il-Qdusija Tiegħu il-Papa Benedittu XVI ħatar lil Monsinjur Charles J. Scicluna Isqof Awżiljari ta’ Malta u nnominah Isqof Titulari ta’ San Leone.  Bħala Isqof Awżiljari, Monsinjur Scicluna, li għandu 53 sena, huwa msejjaħ biex ikun il-kollaboratur u l-konsulent l-iżjed qrib tal-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Pawlu Cremona O.P, u biex ikollu responsabilitajiet ta’ tmexxija fil-Kurja kif ukoll fil-ministeru pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Ma’ l-Ordinazzjoni Episkopali, li ser issir fis-24 ta’ Novembru li ġej, Monsinjur Scicluna isir membru tal-Konferenza Episkopali Maltija flimkien ma’ Monsinjur Arċisqof u ma’ l-Isqof t’Għawdex, Monsinjur Mario Grech… Kompli aqra »

8-14 Ottubru

It-Tnejn

9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment u wara jiċċelebra Quddiesa u jiekol magħhom, fis-Seminarju tal-Virtu’, ir-Rabat.

It-Tlieta

5.30 p.m.         L- Arċisqof  iżur iċ-ċentru tal-katekiżmu tal-Museum tas-Subien, il-Kalkara.

7.00 p.m.         L- Arċisqof  jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali fid-Dar Parrokkjali, il-Kalkara… Kompli aqra »

Il-Bijografija ta’ Monsinjur Charles J. Scicluna

Monsinjur Charles J. Scicluna, iben Emanuel u Maria Carmela née Falzon, twieled f’Toronto, il-Kanada, fil-15 ta’ Mejju 1959.  Il-familja Scicluna waslet Malta fl-1960 u għal diversi snin kienet toqgħod Ħal Qormi sakemm marret toqgħod Ħal Lija fl-1976. Mons. Scicluna irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja San Sebastjan, Ħal Qormi, fl-Iskola Teknika San Ġużepp, Raħal Gdid u fil-Kulleġġ Saint Edward’s, Cottonera.  Daħal għal kors tal-liġi fl-Università ta’ Malta fl-1976 u iggradwa avukat fl-1984.  … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-7 ta’ Ottubru

Is-Seba’ u ghoxrin Hadd ta’ matul is-sena

Mark 10,2-16

Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. Weġibhom u qal: “X’ordnalkom Mosè?” Qalulu: “Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha. ” Mbagħad weġibhom Ġesù: “Minħabba l-ebusija ta’ qalbkom kitbilkom dan l-ordni. Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u mara… Kompli aqra »

Ittra Pastorali fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi

Il-Papa Benedittu XVI din is-sena nieda Sena ta’ Fidi bid-dokument li jġib l-isem: “Il-Bieb tal-Fidi”. F’din is-sena huwa qiegħed iħeġġeġ lill-Insara kollha biex jikbru fil-fidi tagħhom. Is-Sena tal-Fidi tibda fil-11 ta’ Ottubru 2012 u tintemm fl-24 ta’ Novembru 2013, Festa ta’ Kristu Sultan. Il-Papa beda b’dan il-kliem: “Il-bieb tal-fidi (Att 14,27) huwa dejjem miftuħ għalina, iwassalna għal għaqda ma’ Alla u joffri d-dħul fil-Knisja”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-6 ta’ Ottubru

Luqa 10, 17-24

It-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: “Mulej,ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f’ismek!” U hu qalilhom: “Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa’ bħal berqa mis-sema.  Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa ta’ l-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom. Madankollu mhux b’dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub  fis-smewwiet.” F’dak l-istess ħin Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin… Kompli aqra »