Yearly Archives: 2012

Il-Vanġelu tal-14 ta’ Settembru

L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes

John 3,13-17

Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema. U kif Mosè rafa’ s-serp  fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

Welcome Home

Nhar il-Ħamis 25 ta’ Settembru, l- Arċisqof Pawl Cremona jilqa’ lura lill-voluntiera tas-sajf, ġewwa Dar San Vinċenz de Paule. Aktar minn 350 żagħżugħ u żagħżugħa qattgħu il-vaganzi tas-sajf tagħhom f’ħidma volontarja b’riżq persuni fil-bżonn. Il-proġetti varji saru kemm Malta kif ukoll barra; uħud minnhom f’artijiet ‘il bogħod bħall-Indja u l-Mozambique.

Iċ-ċerimonja ta’ merħba ssir kull sena biex tiċċelebra l-esperjenzi individwali tal-voluntiera… Kompli aqra »

Il-mesaġġ tal-Papa qabel il-vjaġġ tiegħu fil-Libanu

Pope in Lebanon

“Nifraħ meta naf li dan il-vjaġġ se jlaqqagħni ma’ ħafna membri tas-soċjeta tal-Libanu: awtoritajiet ċivili u ekkleżjastiċi, kattoliċi ta’ diversi riti, iNsara oħra, Musulmani u Drużi fir-reġjun”. Hekk stqarr il-Papa Benedittu XVI wara l-aħħar mesaġġ tiegħu fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa. Din il-ġimgħa rriserva spazju għar-riflessjoni aħħarijie tiegħu qabel il-vjaġġ appostoliku li se jibda l-Ġimgħa fil-Libanu u r-reġjun tal-Lvant Nofsani… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-13 ta’ Settembru

Luke 6,27-38

“Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: “Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa   l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu. Agħti lil kull min jitolbok; u min jeħodlok xi ħaġa tiegħek, titlobhilux lura… Kompli aqra »

‘Malta Mass’ fuq il-mobile phone tiegħek

Aktar minn 2,200 ruh niżżlu l-application ‘Malta Mass’ fuq il-mobile phone tagħhom f’dawn l-aħħar ġimgħat. Dan bil-għan li jiksbu t-tagħrif u jattendu l-quddies f’waħda mill-knejjes jew kappelli fis-70 parroċċa f’Malta.

Madwar xahrejn ilu l-Kurja tal-Arċsqof nediet l-ewwel application ta’ dan it-tip f’Malta, li tista titniżżel b’xejn fuq l- iphone u android phones. Din tinkludi mappa bl-informazzjoni kollha dwar il-lokalitajiet tal-knejjes u l-ħinijiet tal-quddies… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-12 ta’ Settembru

l-Isem Imqaddes ta’ Marija

Luqa 6,20-26

Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal: Ħenjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna t’Alla. Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Ħenjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew. Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajjrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina… Kompli aqra »

Il-Papa lejn il-Libanu – ‘Ħa ma nirrikorrux għall-vjolenza’

Pope's imminent trip to Lebanon

F’waħda mill-aħħar udjenzi tiegħu, il-Papa Benedittu XVI tkellem dwar il-vjaġġ appostoliku imminenti tiegħu fil-Libanu, fejn se jkun qed jiffirma l-Eżortazzjoni Appostolika Post-Sinodali tal-Assemblea Speċjali għal-Lvant Nofsani fi ħdan is-Sinodu tal-Isqfijiet, li sar fil-Vatikan lura f’Ottubru 2010.

“Se jkolli l-opportunita li niltaqa’ man-nies u mal-awtoritajiet tal-Libanu, kif ukoll mal-insara ta’ dan il-pajjiż għażiż, anki ma’ dawk li se jiġu minn pajjiżi ġirien”, qal… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-11 ta’ Settembru

Luqa 6,12-19

Mela darba fost l-oħrajn ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ,  Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

Il-Papa jikteb lis-26 Laqgħa Internazzjonali għall-Paċi

An Islam speaker at the International Peace Conference

Is-Segretarju tal-iStat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone bagħat messaġġ f’isem il-Papa lill-Kardinal Vinko Puljic, Arċisqof ta’ Vrhbosna-Sarajevo, Bosnia u Herzegovina, b’tislima partikolari lill-komunitajiet insara u lir-reliġjonijiet kbar tad-dinja, “kif ukoll lill-popolazzjoni ta’ Sarajevo tant għal qalbu”, flimkien mal-parteċipanti tas-26 Laqgħa Internazzjonali għall-Paċi organizzata mill-Komunita San Eġidjo fl-istess belt.

“Hu għajn ta’ ferħ u serħan li tara dan il-pellegrinaġġ ta’ paċi li nbeda mill-Beatu Ġwanni Pawlu II f’Assisi f’Ottubru 1986, ikompli jħalli l-frott”, kiteb il-Kardinal… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-10 ta’ Settembru

Luke 6,6-11

F’Sibt ieħor daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. Kien hemm raġel li kellu idu l-leminija niexfa. Il-kittieba u l-Fariżej kienu moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f’jum is-Sibt, ħalli b’hekk isibu fuqiex jixluh. Iżda hu għaraf ħsibijiethom, u qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, u oħroġ fin-nofs.” Dak qam u ħareġ fin-nofs. U qalilhom Ġesù: “Ħa nistaqsikom ħaġa: X’jiswa nhar ta’ Sibt, tagħmel il-ġid jew tagħmel id-deni? … Kompli aqra »