Yearly Archives: 2012

10 – 16 ta’ Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m.        L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

6.30 p.m.        L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-delegati tiegħu, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

It-Tlieta

11.00 a.m.      L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-lukanda Excelsior, f’għeluq il-ħames sena mill-bidu tal-operat ta’ din il-lukanda… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-9 ta’ Settembru

It-23 Hadd ta’ Matul is-Sena

Mark 7, 31-37

Raġa’ telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli. U ġibulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu. Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, daħħal subgħajh f’widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu. Mbagħad refa’ għajnejh lejn is-sema, tniehed tnehida, u qallu: “Effata,” jiġifieri, “Infetaħ!” U minnufih widnejh infetħulu, l-irbit ta’ lsienu nħallu u qabad jitkellem sewwa… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Jum il-Vitorja

KonKatidral ta’ San Ġwann

8 ta’ Settembru 2012

Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Ħuti,

Aħna, fi gżiritna, qegħdin niċċelebraw żewġ ġrajjiet li salvaw lil Malta minn żewġ ħakmiet. L-ewwel waħda fl-1565 minn idejn l-Imperu Ottoman; l-oħra fl-1942, mill-ħakma tal-Faxxiżmu u n-Naziżmu. Meta naħsbu fuqhom nifirħu u niffesteġġjawhom. U hekk ġustament fi sfond tal-mixja tal-istorja għandu jsir… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-8 ta’ Settembru

It-Twelid tal-Verġni Mbierka Marija

Mattew 1, 1-16, 18-23

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaz nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan… Kompli aqra »

Jitfakkar l-anniversarju mill-mewt ta’ Madre Teresa

Mother Teresa

Quddiesa fil-Knisja ddedikata lil Santa Marija ta’ Navicella fakkret il-15-il anniversarju mill-mewt ta’ Madre Teresa. Il-liturġija solenni kienet iċċelebrata mill-Arċipriet tal-Bażilika ta’ San Pietru, il-Kardinal Angelo Comastri li qal li “Madre Teresa ilha mejta 15-il sena, iżda l-memorja tagħha għadha ħajja, għax il-qaddisin dejjem iħalla marka. Kif darba qalet hi stess, li l-istorja hi l-inċineratur taa’ kull kburija. Hi kienet umli u hu appuntu minħabba f’hekk li għadha ħajja, bl-eżempju tagħha għadu jaffaxina lil kulħadd”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-7 ta’ Settembru

Luqa 5, 33-39

Id-dixxipli tiegħu qalulu: “Id-dixxipli ta’ Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Fariżej ukoll, imma tiegħek jieklu u jixorbu!” U Ġesù qalilhom: “Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb ta’ l-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma għad jasal iż-żmien meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu dakinhar.” Qalilhom ukoll parabbola: “Ħadd ma jaqta’ biċċa drapp minn libsa ġdida biex biha jraqqa’ waħda qadima, għax inkella mhux biss ikun qatta’ l-ġdida, imma anqas il-biċċa meħuda mill-ġdida ma tkun taqbel mal-qadima.  … Kompli aqra »

It-talb fil-ktieb tar-Rivelazzjonijiet

Pope back to the Vatican

Il-Papa Benedittu XVI reġa lura lejn il-Vatikan wara pawsa ta’ ftit ġimgħat tul Awwissu għall-mistrieħ f’Castel Gandolfo. Huwa kien qed jindirizza mill-ġdid lill-pellegrini fil-Vatikan, ftit iżjed minn ġimgħa ‘l bogħod minn żjara skedata fil-Libanu. Fir-riflessjonijiet tiegħu wara l-Angelus, il-Papa tkellem dwar it-talb nisrani, bil-punt tat-tluq tiegħu ikun il-ktieb tar-Rivelazzjonijiet, jew kif nafuh, l-Apokalissi. Qal li minkejja li hu ktieb diffiċli, għandu r-rikkezzi tiegħu, sa mill-ewwel versi, meta jgħid li t-talb huwa fuq kollox li wieħed jisma’ lil Alla… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-6 ta’ Settembru

Luqa 5, 1-11

Darba l-kotra bdiet tross fuqu biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ‘il barra mill-art; mbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa… Kompli aqra »

Tħejjijiet għall-Jum taż-Żgħażagħ f’Rio

WYD Rio de Janeiro 2013

Statwa replika ta’ Kristu Redentur tal-Brażil qed tiddawwar mal-Ewropa hekk kif għaddejjin it-tħejjijiet għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jsir is-sena d-dieħla f’Rio de Janiero. Ir-replika ta’ tnax-il pulzier kienet ippreżentata l-Ġimgħa fil-Katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi. L-istata tbierket waqt quddiesa li għaliha attendew diversi personalitajiet reliġjużi minn Franza u l-Brażil. L-istatwa ttieħdet Madrid u anki l-Vatikan, u mistennija tiddawwar l-Portugal, il-Kanada, il-Ġappun u Mozambique… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-5 ta’ Settembru

Luqa 4, 38-44

Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom. Hija u nieżla x-xemx, dawk kollha li kellhom il-morda, kien x’kien il-mard tagħhom, ħaduhomlu quddiemu. Hu qiegħed idejh fuq kull wieħed minnhom u fejjaqhom.  … Kompli aqra »