Yearly Archives: 2012

Il-Papa b’appelli lis-Sirja u l-Iraq

Pope during Angelus

l-Papa Benedittu XVI appella lis-Sirja u lill-Iraq għall-paċi. Meta kien qed jindirizza lill-pellegrini u lit-turisti miġbura fil-bitħa tal-Palazz Appostoliku ta’ Castel Gandolfo, il-Papa qal li “jibqa’ jsegwi bi tħassib l-episodji traġiċi dejjem jiżdiedu ta’ vjolenza fis-Sirja” fejn f’iktar minn sena ta’ inkwiet ċivili jiżdied, mietu mal-20 elf ruħ. Il-Papa iddisapprova wkoll il-fatt li l-kunflitt wassal għal ċaqliq ta’ numru kbir ta’ persuni li minn djarhom spiċċaw jaħarbu lejn postijiet oħra f’tentattiv li jsibu kenn… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-30 ta’ Lulju

Mattew 13, 31-35

Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar ta’ l-ajru jiġu jbejjtu fil-friegħi tagħha.” Qalilhom parabbola oħra: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil ftit ħmira li waħda mara tkun qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sa ma tkun għoliet l-għaġna kollha.” Dan kollu Ġesù qalu bil-parabboli lin-nies, u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal:  ‘Niftaħ fommi bil-parabboli, nitkellem fuq ħwejjeġ moħbija sa mit-twaqqif tad-dinja.’

Il-Qaddis tal-jum: San Pietru Chrysologus Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-29 ta’ Lulju

Is-Sbatax-il Ħadd matul is-Sena

Ġwann 6,1-15

Wara dan, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud. Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?” Dan qalulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x’sejjer jagħmel… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-28 ta’ Lulju

Mattew 13, 24-43

Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu, ‘Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? … Kompli aqra »

Maħruġ il-messaġġ għall-Jum Dinji tat-Turiżmu

Il-Kunsill Pontifiċju għall-Kura Pastorali tal-Migranti u dawk li jivjaġġaw ħareġ il-messaġġ għall-Jum Dinji tat-Turiżmu 2012, iċċelebrat fis-27 ta’ Settembru. It-tema għal din is-sena hi “It-Turiżmu u l-Enerġija Sostenibbli: Saħħa lill-Iżvilupp Sostenibbli”.

Fil-messaġġ, il-President tal-Kunsill, il-Kardinal Antonio Maria Veglio qal li “it-turiżmu għandu rwol importanti fil-kisba tal-Miri ta’ Żvilupp għall-Millenju li jinkludu ‘l-assigurazzjoni tas-sostenibbilta ambjentali’, u għandu jagħmel dak kollu li jista’ sabiex dawn il-miri jintleħqu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-27 ta’ Lulju

Mattew  13, 18-23

“Mela isimgħuha intom il-parabbola ta’ dak li ħareġ jiżra’. Kull min jisma’ l-kelma tas-Saltna u ma jifhimhiex, jersaq il-ħażin u jisraqlu dak li jkun inżera’ f’qalbu: dan huwa dak li nżera’ mal-mogħdija. Dak li nżera’ f’art kollha blat huwa dak li jisma’ l-kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ; imma għeruq ma jkollux fih innifsu, u għalhekk ftit idum; mbagħad jiġi fuqu l-għawġ, jew isib min iħabbtu minħabba l-kelma, u malajr jitfixkel… Kompli aqra »

L-inawgurazzjoni tal-Osservatorju tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida fl-Amerika Latina

Is-segretarju tal-Kunsill Pontifiċju għall-promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida, Mons Octavio Ruiz Arenas, ħabbar li nhar it-Tlieta, waqt is-sessjoni tal-ftuħ tal-laqgħa tal-Isqfijiet Presidenti tal-Kummissjonijiet taċ-CELAM (Il-Kunsill Episkopali Latin Amerikan), kien inawgurat l-Osservatorju tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida għall-Amerika Latina. Skont l-informazzjoni li qalet li waslitilha l-aġenzija Fides, kien preżeni wkoll il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida, Mons Rino Fisichella. Matul l-inawgurazzjoni, kienet ukoll ippjanata laqgħa tal-pjattaforma ‘episcopo.net’ mad-diretturi kollha tal-Kummissjonijiet għall-Komunikazzjoni tal-Konferenzi Episkopali tal-Amerika Latina… Kompli aqra »

Ittra Pastorali – Niċċelebraw il-Ħajja Umana

L-Għożża tal-Ħajja

Hija ħaġa tassew pożittiva li fil-pajjiż hawn dibattitu dwar kif numru ta’ koppji jistgħu jindirizzaw id-diffikultà tal-infertilità. Din hija xhieda ta’ kemm ngħożżu l-ħajja umana. Dan napprezzawh aktar meta naraw li qed ngħixu fi żmien fejn kemm fl-Ewropa kif ukoll f’Malta, parti sewwa tas-soċjeta’ hija xħiħa mal-ħajja fis-sens li r-rata tat-twelid hija baxxa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-26 ta’ Lulju

Mattew 13, 10-17

Resqu lejh id-dixxipli u staqsewh: “Għaliex tkellimhom bil-parabboli?” Hu weġibhom: “Għax lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti. Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu żżejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu. Jien għalhekk inkellimhom bil-parabboli; għax iħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux… Kompli aqra »