Arkivji mensili: Awwissu 2013

Żjara ta’ Korteżija lill-Arċisqof minn Sr Carmen Sammut 

  • Żjara ta’ Korteżija lill-Arċisqof minn Sr Carmen Sammut 
  • Nhar it-Tlieta, is-6 t’Awwissu 2013, l-Arċisqof laqa’ lil Sister Carmen Sammut, Superjura Ġenerali tal-Kongregazzjoni  tas-Sorijiet Missjunarji tal-Afrika, fil-Kurja. F’Mejju ta’ din is-sena, Sr Carmen Sammut ġiet eletta President tal-Għaqda Internazzjonali tas-Superjuri Ġenerali Nisa. F’din l-għaqda hemm madwar 600,000 soru madwar id-dinja kollha.

    Għal madwar 30 sena, id-dar tagħha kienet it-Tuneżija, l-Alġerija u l-Mawritanja…

  • Kompli aqra »

Il-Pellegrini żgħażagħ Maltin jaslu lura mill-Brażil

  • Il-Pellegrini żgħażagħ Maltin jaslu lura mill-Brażil
  • Il-Ħadd 4 ta’ Awwissu 2013, wasal Malta l-ewwel grupp tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) li ħa sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Rio de Janeiro, l-Brażil. Fl-ajruport, iż-żgħażagħ Maltin ġew milqugħa mis-Segretarju Pastorali Mons. Charles Cordina, mis-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo, u mis-Shadow Minister Robert Arrigo.

    B’kollox madwar 80 żgħażugħ u żgħażugħa marru l-Brażil biex jgħixu esperjenza ta’ fidi, talb u ċelebrazzjoni…

  • Kompli aqra »

5 – 11 t’Awwissu

  • 5 – 11 t’Awwissu
  • It-Tnejn

    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    8.15 p.m.         L-Arċisqof huwa mistieden għal riċeviment fil-Każin tal-Banda San Lawrenz, il-Birgu, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Lawrenz.

    It-Tlieta         

    10.00 a.m.       L-Arċisqof jilqa’ lill-Ministru Provinċjali ġdid, Fr Martin Micallef OFM Cap u l-membri tad-Definitorju, fil-Kurja.

    10.45 a.m.       L-Arċisqof jilqa’ lil Sister Carmen Sammut, Superjura Ġenerali tal-Kongregazzjoni  tas-Sorijiet Missjunarji tal-Afrika, fil-Kurja…

  • Kompli aqra »

Gianluca Bezzina jżur ir-residenti tad-Dar tal-Providenza

  • Gianluca Bezzina jżur ir-residenti tad-Dar tal-Providenza

  • It-tabib kantant Gianluca bis-sehem ukoll ta’ Janice, li tifforma parti mill-grupp SALT, ferrħu bil-kant tagħhom lir-residenti tad-Dar tal-Providenza bħala parti minn inizjattiva msejjħa “The Jericho Mission” organizzata mill-membri tal-Youth Fellowship bil-għan li jingħataw lil oħrajn billi jaqsmu ħinhom, imħabbithom u fl-aħħar mill-aħħar l-imħabba ta’ Alla lejn kuħadd…

  • Kompli aqra »