Arkivji mensili: Awwissu 2013

Il-Vanġelu tal-jum: 16 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 16 t’Awwissu
  • Mattew 19, 3-12

    U resqu fuqu xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?” Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu  l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal, ‘Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ‘l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed?’ Għalhekk m’humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 15 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 15 t’Awwissu
  • Festa tal-tlugh tal-Marija fis-sema
    Luqa 1, 39-56

    F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek!  U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? …

  • Kompli aqra »

il-Vanġelu tal-jum:14 t’Awwissu

  • il-Vanġelu tal-jum:14 t’Awwissu

  • Mattew 18, 15-20
    “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kull ma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Lum: 13 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-Lum: 13 t’Awwissu

  • Mattew 18, 1-5.10.12-14

    F’dak il-waqt resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: “Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom u qalilhom, “Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 12 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 12 t’Awwissu

  • Mattew 17, 22-27

    Meta darba kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qalilhom: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin u joqtluh, u fit-tielet jum iqum.” U huma sewwdu qalbhom ħafna.Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: “L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?” “Iva!” qalilhom…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 21 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 21 t’Awwissu

  • Mattew 20,1-16

    “Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ fil-għodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kull jum u bagħathom l-għalqa. Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom, ‘Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom.’ U marru…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum:

  • Il-Vanġelu tal-jum: 22 t’Awwissu
  • Il-Verġni Mqaddsa Reġina Marija

    Luqa 1, 26-38

    Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima…

  • Kompli aqra »

12 – 18 t’Awwissu

  • 12 – 18 t’Awwissu
  • It-Tnejn
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    5.00 p.m.         L-Arċisqof  jiltaqa’ mal-Onor. Claudette Abela Baldacchino, membru tal-Parlament Ewropew fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
     
    It-Tlieta         
     
    L-Erbgħa      
    5.45 p.m.         L-Arċisqof imexxi translazzjoni, Quddiesa u għasar fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Marija fil-Katidral, l-Imdina.

    Il-Ħamis         
    9.30 a.m…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 11 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 11 t’Awwissu

  • Id-19-il-Hadd ta’ matul is-Sena

    ​Luqa 12,32-48
    “Le, merħla ċkejkna, tibżgħu xejn, għax Missierkom għoġbu jagħtikom is-Saltna! Bigħu ġidkom u agħtuh karità u fittxu għalikom infuskom boroż li ma jitmermrux, teżor li ma jiġix nieqes  fis-sema, fejn la l-ħalliel ma jersaq u lanqas il-kamla ma tħassar…

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tal-jum: 10 t’Awwissu

  • Il-Vangelu tal-jum: 10 t’Awwissu
  • Ġwanni 12,24-26

    Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi…

  • Kompli aqra »