Arkivji mensili: Awwissu 2013

Messaġġ tal-Arċisqof għall-Membri tal-European Parish Colloqium [Bit-Taljan]

  • Messaġġ tal-Arċisqof għall-Membri tal-European Parish Colloqium [Bit-Taljan]
  • Knisja Parrokkjali, Mellieħa
    7 ta’ Lulju 2013

    Noi siamo riuniti per celebrare la riapertura di questa Chiesa. E’ un altra occasione per adorare Dio.

    La Prima Riflessione

    S. Giovanni scrive che Dio e’ amore e allora come deve essere le nostre adorareazione?    Dio, secondo nostro Signore Gesu Cristo, e’ un Padre,  uno che ci ama senza riserve…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-25 sena anniversarju mill-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ grupp ta’ saċerdoti​

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-25 sena anniversarju mill-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ grupp ta’ saċerdoti
  • Konkatidral ta’ S. Ġwann, Valletta
    3 ta’ Lulju 2013
    Ħuti, aħna bħala komunita nisranija ltqajna hawnhekk biex nifirħu għall-jum li fih dawn l-aħwa ħadu l-ordinazzjoni tal-presbiterat, u saru saċerdoti. Aħna ġejna hawnhekk biex nirringrazzjaw lill-Mulej għal ġid li ħareġ minn dik l-ordinazjoni tul dawn il-25 sena li fihom huma qdew lil Alla, qdew lil Knisja tiegħu propju fid-dawl tas-sejħa li huma kellhom…
  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa għaż-Żgħażagħ tal-Qalb ta’ Ġesù 

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa għaż-Żgħażagħ tal-Qalb ta’ Ġesù 
  • Oratorju Qalb ta’ Ġesù, il-Mosta
    2 ta’ Lulju 2013
    Ħuti, meta kont ġej hawnhekk bdejt naħseb, għaliex Dun Anġ semma dan il-post l-Oratorju tal-Qalb ta’ Ġesù. Forsi mbagħad wara, jkun hemm xi ħadd minnkom li jista’ jispjegahieli u jgħidli kienx hemm xi ħaġa qabel. Ċert li jekk aħna rridu nkomplu bl-ispirtu ta’ Dun Ang, rridu nħallu ħajja din it-tifkira u dan l-ispirtu li joħroġ min għand il-Qalb ta’ Sidna Ġesù Kristu…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 8 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 8 t’Awwissu
  • Mattew 16, 13-20
     
    Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa  lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti. ” Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet…
  • Kompli aqra »

Żjara ta’ Korteżija lill-Arċisqof minn Sr Carmen Sammut 

  • Żjara ta’ Korteżija lill-Arċisqof minn Sr Carmen Sammut 
  • Nhar it-Tlieta, is-6 t’Awwissu 2013, l-Arċisqof laqa’ lil Sister Carmen Sammut, Superjura Ġenerali tal-Kongregazzjoni  tas-Sorijiet Missjunarji tal-Afrika, fil-Kurja. F’Mejju ta’ din is-sena, Sr Carmen Sammut ġiet eletta President tal-Għaqda Internazzjonali tas-Superjuri Ġenerali Nisa. F’din l-għaqda hemm madwar 600,000 soru madwar id-dinja kollha.

    Għal madwar 30 sena, id-dar tagħha kienet it-Tuneżija, l-Alġerija u l-Mawritanja…

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tas-7 t’Awwissu

  • Il-Vangelu tas-7 t’Awwissu
  • Mattew 15,21-28

    Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna !” Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna.” Imma hu qalilhom: “Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta’ Iżrael.” Iżda hi resqet, nxteħtet quddiemu u qaltlu: “Għinni, Mulej !” Hu weġibha: “M’hux sewwa tieħu l-ħobż ta’ l-ulied u tixħtu lill-ġriewi.” “Hekk hu, Mulej,” qaltlu,”iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda ta’ sidienhom?” Mbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: “Mara, il-fidi tiegħek kbira! …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-6 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tas-6 t’Awwissu
  • It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej
    Luqa 9, 28- 36

    ​Daqs tmint ijiem wara dan id-diskors, Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u ‘l Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex. U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-5 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-5 t’Awwissu
  • ​Id-Dedikazzjoni tal-Bazilika ta’ Santa Maria Maggiore
    Mattew 14, 22-33
    U minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu; id-dgħajsa kienet diġà f’nofs  il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar…
  • Kompli aqra »

Il-Pellegrini żgħażagħ Maltin jaslu lura mill-Brażil

  • Il-Pellegrini żgħażagħ Maltin jaslu lura mill-Brażil
  • Il-Ħadd 4 ta’ Awwissu 2013, wasal Malta l-ewwel grupp tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) li ħa sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Rio de Janeiro, l-Brażil. Fl-ajruport, iż-żgħażagħ Maltin ġew milqugħa mis-Segretarju Pastorali Mons. Charles Cordina, mis-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo, u mis-Shadow Minister Robert Arrigo.

    B’kollox madwar 80 żgħażugħ u żgħażugħa marru l-Brażil biex jgħixu esperjenza ta’ fidi, talb u ċelebrazzjoni…

  • Kompli aqra »