Arkivji mensili: Awwissu 2013

5 – 11 t’Awwissu

  • 5 – 11 t’Awwissu
  • It-Tnejn

    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    8.15 p.m.         L-Arċisqof huwa mistieden għal riċeviment fil-Każin tal-Banda San Lawrenz, il-Birgu, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Lawrenz.

    It-Tlieta         

    10.00 a.m.       L-Arċisqof jilqa’ lill-Ministru Provinċjali ġdid, Fr Martin Micallef OFM Cap u l-membri tad-Definitorju, fil-Kurja.

    10.45 a.m.       L-Arċisqof jilqa’ lil Sister Carmen Sammut, Superjura Ġenerali tal-Kongregazzjoni  tas-Sorijiet Missjunarji tal-Afrika, fil-Kurja…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-4 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-4 t’Awwissu
  • It-18-il Ħadd ta; matul is-Sena

    Luqa 12, 13-21

    ​Xi ħadd mill-folla qallu: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi.” “Ħabib,” wieġbu Ġesù, “min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?” Mbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu.” U qalilhom parabbola: “Wieħed raġel għani ġabar kotra ta’ frott mir-raba’ tiegħu…

  • Kompli aqra »

Gianluca Bezzina jżur ir-residenti tad-Dar tal-Providenza

  • Gianluca Bezzina jżur ir-residenti tad-Dar tal-Providenza

  • It-tabib kantant Gianluca bis-sehem ukoll ta’ Janice, li tifforma parti mill-grupp SALT, ferrħu bil-kant tagħhom lir-residenti tad-Dar tal-Providenza bħala parti minn inizjattiva msejjħa “The Jericho Mission” organizzata mill-membri tal-Youth Fellowship bil-għan li jingħataw lil oħrajn billi jaqsmu ħinhom, imħabbithom u fl-aħħar mill-aħħar l-imħabba ta’ Alla lejn kuħadd…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-3 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tat-3 t’Awwissu
  • Matthew 14, 1-12

    ​Kien dik il-ħabta li Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù, u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!” Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha.” Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh  bi profeta…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-2 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tat-2 t’Awwissu
  • Mattew 13, 54-58

    Meta mbagħad Ġesù temm dawn il-parabboli, telaq minn hemm u mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa ta’ l-għaġeb? Dan m’huwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu m’hijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-1 t’Awwissu 

  • Il-Vanġelu tal-1 t’Awwissu 
  • Mattew 13, 47-53
     
    “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox. Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin. Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien. “Kollu fhimtuh dan?” “Iva” qalulu…
  • Kompli aqra »