Arkivji mensili: Diċembru 2013

Il-Vanġelu tal-jum – 2 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 2 ta’ Dicembru
  • Mattew 8, 5-11

    Daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq.” Qallu Ġesù: “Niġi jien infejjqu ” “Sinjur,” qallu ċ-ċenturjun, “Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta’ ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu, ‘Mur’, u jmur; lil ieħor ngħidlu, ‘Ejja’, u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu, ‘agħmel dan’, u jagħmlu.” Ġesù baqa’ mistagħġeb meta sama’ dan, u qal lil dawk li kienu miexja warajh: “Tassew, ngħidilkom, f’ħadd minn Iżrael ma sibt fidi bħal din…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 1 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 1 ta’ Dicembru
  • l-Ewwel Ħadd tal-Avvent
    Matthew 24, 37-44

    Bħal fi żmien Noè, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem. Għax kif fiż-żmien ta’ qabel id-dilluvju kienu jieklu u jixorbu, jiżżewwġu u jżewwġu sa dakinhar li Noè daħal fl-arka, u b’xejn ma ntebħu sa ma wasal id-dilluvju u ġarr lil kulħadd, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem…

  • Kompli aqra »