Arkivji mensili: Lulju 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ Lulju

  • Mattew 12, 38-42

    Xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalulu: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek!”, Iżda hu weġibhom: “Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona. Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f’żaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba ta’ l-art…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Lulju

  • Is-Sittax il-Ħadd ta’ matul is-sena
    Mattew 13, 24-43

    Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu, ‘Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? …

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-maratona Oħloq Tbissima

  • Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Lulju 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar Dar San Guzepp, St Venera, fl-okkazjoni tal-ftuħ tal-maratona ‘Oħloq Tbissima’ li qed issir għat-tnax-il sena konsekuttiva. Din il-maratona ta’ sittin siegħa bdiet il-Ġimgħa f’nofsinhar u tibqa sejra bla waqfien sal-Ħadd 20 ta’ Lulju f’nofsillejl. Oħloq Tbissima, hija mtella’ minn ĊAM Productions international (ĊPi), li hija l-production house fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) li bħall kull sena, l-għan tagħha hu li jinġabru l-flus b’risq il-missjonijiet tal-patrijiet tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, fil-Peru, Pakistan, Fillippini u anke għat-tfal tad-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Lulju

  • Mattew 12, 14-21

    U l-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra tiegħu, kif se jeqirduh. Ġesù sar jaf b’dan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz   tal-profeta Isaija, meta qal, ‘Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart, l-Għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet! …

  • Kompli aqra »

L-App il-ġdida tal-Papa

  • Pope Francis has expressed his appreciation for the work being done by all the Vatican’s media services in enhancing their presence and participation in the digital world. The Pope’s words came on Monday as he was given a personal viewing of the new updated version of  “The Pope App”, developed by the Pontifical Council for Social Communications. 

    Council President Archbishop Claudio Celli, accompanied by project coordinator, Thaddeus Jones, met with the Pope to demonstrate features of the app, which was released in the iTunes and Google Play stores on July 4th…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Lulju

  • Mattew 12, 1-8

    Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt. ” U hu qalilhom: “Ma qrajtux x’għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta’ Alla u kiel il-ħobż   tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li la hu u lanqas dawk li kienu miegħu ma kienu jistgħu jieklu minnu, imma l-qassisin biss? …

  • Kompli aqra »

Applikazzjonijiet għal xi postijiet vakanti fi Skejjel tal-Knisja

  • Ser jintlaqgħu applikazzjonijiet għal sitt postijiet għas-subien fis-sitt sena primarja f’xi skejjel tal-Knisja. L-applikazzjonijiet isiru nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Lulju 2014, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, bejn id-9.00a.m. u nofsinhar.

    Matul ix-xhur li għaddew ġew irreġistrati l-istudenti subien li applikaw għad-dħul fis-sitt sena. Xi wħud minnhom kienu fi skola tal-Knisja u għażlu skola tal-Knisja oħra. Minn dan il-proċess irriżulta li baqa’ dawn il-postijiet vakanti f’dawn l-iskejjel: St Francis Msida (3 postijiet) u Teresa Nuzzo Marsa (3 postijiet)…

  • Kompli aqra »

It-talb għall-paci qatt m’huwa għal xejn – il-Papa Franġisku

  • “Now, Lord, help us! Grant us peace, teach us peace, guide us toward peace. Open our eyes and our hearts and grant us the courage to say: ‘no more war!’; ‘with war all is destroyed’!. Instill in us the courage to perform concrete actions to build peace…. Make us willing to listen to the cry of our citizens who ask that our arms be transformed into instruments of peace, our fears to trust and our tensions to forgiveness”…

  • Kompli aqra »