Arkivji mensili: Lulju 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Lulju

  • Mattew 9,32-38

    Kif dawk ħarġu, in-nies ġibulu quddiemu wieħed imbikkem maħkum mix-xitan. Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: “Ħaġa bħal din qatt ma dehret f’Iżrael!” Imma l-Fariżej qalu: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten.” Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu…

  • Kompli aqra »

€476,000 b’risq id-Dar tal-Providenza

  • Nhar il-Ħadd 7 ta’ Lulju 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona żar il-Maratona tal-Volleyball li saret b’risq id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Matul din il-maratona ħadu sehem 300 voluntier u 40 plejer, bis-somma totali miġbura tilħaq €476,218.

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Lulju

  • Matthew 9,18-26

    Kif kien għadu jgħidilhom dan, resaq lejh wieħed mill-kapijiet, nxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix.” Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu. Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Mqar jekk immiss il-libsa tiegħu, nfiq.” Ġesù dar, lemaħha, u qalilha: “Agħmel il-qalb, binti; il-fidi tiegħek fejjqitek.” U minn dak il-ħin stess il-mara fieqet…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Ħamrun (Immakulata Kunċizzjoni)

  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Mario Mifsud bħala kappillan tal-parroċċa Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun.

    Dun Mario Mifsud twieled fis-17 ta’ Mejju 1963 u trabba l-Ħamrun. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fil-Ħamrun u dik sekondarja fil-Lyceum u fis-Seminarju tal-Arċisqof. Kompla l-istudji terzjarji fl-Università ta’ Malta fejn iggradwa bħala accountant fl-1988. Fl-istess sena, daħal is-Seminarju Maġġuri u kompla l-istudji fil-Fakultà tat-Teoloġija, fl-Università…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Lulju

  • L-14 il-Ħadd ta’ matul is-Sena
    Mattew 11,25-30

    F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. “Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 5 ta’ Lulju

  • Mattew  9, 14-17
     

    Mbagħad resqu lejh id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?” Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin ta’ l-għarus se jsewwdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu. Ħadd ma jraqqa’ libsa qadima b’biċċa drapp ġdida, għax inkella r-roqgħa ssellet il-libsa, u t-tiċrita tikber…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 4 ta’ Lulju

  • Mattew 9, 9-13
     

    Huwa u għaddej minn hemm, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?” Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda…

  • Kompli aqra »

It-Tisħiħ tal-Familja jnaqqas il-Faqar

  • Is-Segretarjat għal-Lajci b’kollaborazzjoni mal-Moviment ta’ Kana qiegħed jorganizza laqgħa ta’ diskussjoni pubblika.  It-Tema ser tkun: “It-Tisħiħ tal-Familja jnaqqas il-Faqar”.
     
    Il-panel se jkun magħmul mill-Onorevoli Membri Parlamentari Clyde Puli, Deborah Schembri, Marthese Portelli u l-Ministru għall-Familja Michael Farrugia. Magħhom jieħu sehem Dun Joe Mizzi, Direttur tal-Moviment ta’ Kana.  Ikun hemm ukoll ħin għal interventi minn dawk preżenti…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof waqt l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ seba’ saċerdoti ġodda

  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    1 ta’ Lulju 2014

    L-ordinazzjoni presbiterali li qed niċċelebraw illum għandu żewġ realtajiet. L-ewwel realtà hija il-fatt li b’din l-ordinazzjoni nerġgħu nidħlu fil-misteru tal-istorja tas-salvazzjoni. It-tieni realtà hija l-fatt li dawn li ser jirċievu dan is-sagrament, jibqgħu bnedmin dgħajfa, imma jiġu msaħħin bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

    Smajna fit-tieni lezzjoni tal-lum mill-ittra lill-Lhud (Lhud 5, 1-10) kif l-awtur jgħid li Alla l-Imbierek meta ra lil bniedem midneb tant ħabbu li bagħat lil Ibnu…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 3 ta’ Lulju

  • Ġwann 20, 24-29
     

    Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej.” Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka ta’ l-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka ta’ l-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx.” Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom. Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f’nofshom, u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Mbagħad qal lil Tumas: “Ġib sebgħek hawn u ara idejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen.” Wieġeb Tumas u qallu: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi!”  Qallu Ġesù: “Emmint għax rajtni! …

  • Kompli aqra »