Żjajjar fl-iskejjel tal-Knisja mill-President ta’ Malta u s-Sur Preca
23/12/2014-
Matul ix-xhur ta’ Novembru u Diċembru, bħala parti mill-kampanja ġbir ta’ fondi għall-Istrina 2014, l-Eċċellenza tagħha, il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca u anke r-raġel tagħha s-Sur Edgar Preca, żaru numru kbir ta’ skejjel tal-Knisja f’Malta u f’ Għawdex bil-għan li jħeġġu lit-tfal jipparteċipaw aktar f’din il-kampanja ta’ fejda għal mijiet ta’ familji Maltin li jitolbu l-għajnuna. Fl-istess ħin, din iż-żjara serviet ukoll biex titqajjem kuxjenza akbar fost l-istudenti dwar il-ġid kbir li jsir permezz ta’ din l-inizjattiva…