Arkivji mensili: Marzu 2017

“Insellem minn hawn il-memorja ta’ Isqof tal-Azzar” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b'suffraġju tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca, fil-Kurja

  • It-Tlieta 21 ta’ Marzu 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa b’suffaġju ta’ Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca, mal-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof, fil-Kappella ta’ San Kaċidonju, il-Furjana. Din il-Quddiesa saret qabel l-attività kommemorattiva fir-Refettorju tal-Kurja tal-Arċisqof. 
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kappella ta’ San Kalċidonju, Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

    21 ta’ Marzu 2017

    Waħda mill-esperjenzi li żgur farrġu lil Monsinjur Ġużeppi Mercieca kienet il-fatt li kellu l-grazzja speċjali mingħand Alla li jakkumpanja, fl-aħħar mumenti ta’ ħajjithom, ‘il diversi nies li kienu għamlulu ħafna ħsara…

  • Kompli aqra »

Live: Kommemorazzjoni ta’ Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca fl-ewwel anniversarju mill-mewt tiegħu

  • Illum, it-Tlieta 21 ta’ Marzu 2017, fl-9:45 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jippresiedi attività kommemorattiva fl-ewwel sena mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca. Il-programm jinkludi diskors mill-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi u s-sehem ta’ kor tat-tfal mill-Iskola Primarja ta’ St Francis, Bormla. Din it-tifkira tagħlaq b’messaġġ mill-Arċisqof Scicluna.

    Matul l-attività ser jiġi mniedi t-tieni ktieb dwar l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca “bit-tema Ragħaj għal kull staġun”, miktub minn Charles Buttigieg…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Marzu

  • San Mattew 18:21-35
    Mbagħad Pietru resaq lejh u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet,” wieġbu Ġesù,”imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent…

  • Kompli aqra »

“Il-ġustizzja tagħna ġejja mill-ħniena tal-Mulej” – L-Arċisqof

  • Nhar is-Sibt 18 ta’ Marzu 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mal-anzjani fil-Kappella tad-Dar Little Sisters of the Poor, il-Ħamrun.
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kappella tal-Little Sisters of the Poor, Ħamrun
    18 ta’ Marzu 2017

    “La tibżax tilqa’ għandek lil Marija b’martek għax dak li tnissel fiha ġie bil-ħidma ta’ L-Ispirtu s-Santu…

  • Kompli aqra »

L-Angelus tal-Papa: Ir-Randan huwa opportunità li nersqu lejn Kristu

  • “Perhaps we have not yet encountered Jesus personally,” Pope Francis said in his Angelus address on Sunday. “Perhaps we have not recognized Him as our Saviour.”

    The Holy Father was commenting on the day’s Gospel, which relates the “dialogue” between Jesus and the Samaritan woman at the well. Because of the great respect Jesus shows her — despite her being a Samaritan, and despite her disordered life — she is open to the words of Christ, when He speaks to her about the true faith…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Marzu

  • Festa tal-jum: San Ġużepp, l-Għarus tal-Verġni Marija, Solennita Trasferita
  • San Mattew 1:16.18-21.24a. (jew Luqa 2, 41-51a)

    Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejjħulu l-Messija.  It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Marzu

  • San Ġwann 4:5-42
    Ġie f’belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi, fejn kien hemm ukoll il-bir ta’ Ġakobb. Kien għall-ħabta tas-sitt siegħa, u Ġesù, għajjien kif kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir. U ġiet mara  mis-Samarija timla l-ilma. “Agħtini nixrob,” qalilha Ġesù. Id-dixxipli tiegħu kienu marru l-belt jixtru x’jieklu. Il-mara  mis-Samarija qaltlu: “Kif! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Marzu

  • San Luqa 15:1-3.11-32

    Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: Qalilhom ukoll: “Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Iż-żgħir qal lil missieru, ‘Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.’ U dak qassmilhom il-ġid…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: ‘kultura ta’ ħniena ġġedded il-qlub u tiftaħ beraħ realta’ ġdida’

  • Pope Francis has sent a message of encouragement and thanks to members of the International Association for Charity (AIC) as it celebrates the 400th anniversary of the foundation of the first Confraternity of Charity by Saint Vincent de Paul in Châtillon, France. 

    This very first group has grown into today’s AIC, an international network for fighting against poverty, which now has over 150,000 volunteers in 53 countries…

  • Kompli aqra »

Sena mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca

    • L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tfakkar l‑ewwel anniversarju mill‑mewt tal‑Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca. Nhar it‑Tnejn 20 ta’ Marzu 2017, Solennità ta’ San Ġużepp, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Katidral tal‑Imdina, fis‑6:00 p.m., b’suffraġju għal Mons. Ġużeppi Mercieca. Fi tmiem il‑Quddiesa, l‑Arċisqof ibierek il‑qabar ta’ Mons. Mercieca fil‑Katidral stess.

      It‑Tlieta 21 ta’ Marzu, jum l‑anniversarju tal‑mewt ta’ Mons. Mercieca, l‑Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Kappella tal‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana…

  • Kompli aqra »