Arkivji mensili: Marzu 2017

“Ħossukom protagonisti fil-ħajja tal-Knisja f’Malta” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa maż-żgħżagħ f'għeluq it-30 sena mit-twaqqif tal-Youth Fellowship

  • Nhar is-Sibt 4 ta’ Marzu 2017, l-Arċisqof żar iż-żgħażagħ u l-leaders tal-Youth Fellowship u ċċelebra Quddiesa f’għeluq it-30 sena mit-twaqqif ta’ din il-komunità, f’Gattard House, Blata l-Bajda.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Gattard House, Blata l-Bajda
    4 ta’ Marzu 2017

    Arma qerrieda tax-xitan hija li jipprova jipperswadina li Alla huwa għadu tal-ferħ tagħna, u ħafna drabi ir-ribelljoni tagħna, ibda mill-addoloxxenza u ż-żgħożija, tiġi minn pre-suppost dijaboliku li Alla huwa l-għadu ta’ kull ma hemm sabiħ fil-ħajja…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: ‘Ikkonsulta l-Bibbja daqskemm tikkonsulta l-mobajl”

  • Pope Francis on Sunday called on Christians to consult the Bible with the same frequency as they might consult their cellphones for messages. 

    Speaking to the crowds gathered in St. Peter’s Square following his weekly Angelus blessing, the Pope urged those present to give the Bible the same place in daily life as cellphones and asked: “What would happen if we turned back when we forget it, if we opened it more times a day, if we read the message of God contained in the Bible the way we read messages on our cellphones?”

    The Bible, he explained, contains the Word of God, the most effective tool in fighting evil and keeping us close to God. 

    Clearly, Francis said, the comparison between the Bible and the cellphone is paradoxical, but it induces us to reflect…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Marzu

    • San Mattew 6:7-15
      Ġesu qal lid-dixxipli: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu hekk:

      ‘Missierna, li inti  fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.

      Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum. Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej Ġesù kien jirreżisti t-tentazzjonijiet…billi juża l-Kelma ta’ Alla bħala tarka” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jikkonsagra l-artal tal-Kappella fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara

  • Is‑Sibt 4 ta’ Marzu 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa li matulha kkonsagra l‑artal tal‑Kappella fid‑Dar tal‑Kleru, Birkirkara.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Dar tal-Kleru, Birkirkara
    4 ta’ Marzu 2017

    Il-Kelma ta’ Alla f’dan l-ewwel Ħadd tar-Randan, tintroduċina għat-tema importanti f’din il-mixja li twassalna għall-Għid. It-talba li diġà tagħmel il-Knisja fl-Erbgħa tal-Irmied nagħmlu riferiment li nitkellmu minn “taqtiegħa kontra l-ħażen”  hija b’xi mod il-kundizzjoni tal-umanità la hemm it-tentatur, ix-xitan li jrid ifixkel il-pjan ta’ Alla għal kull wieħed u waħda minna u għalina lkoll bħala umanità…

  • Kompli aqra »

Is-sawm jerġa’ jagħtina direzzjoni ta’ ħelsien u salvazzjoni fil-ħajja tagħna – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa matul l-irtir tar-Randan għall-impjegati tal-Kurja, il-Caritas u t-Tribunal Ekkleżjastiku

  • Il‑Ġimgħa 3 ta’ Marzu 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa waqt l‑irtir tar‑Randan għall‑impjegati tal‑Kurja, il‑Caritas u t‑Tribunal Ekkleżjastiku, fil‑Knisja tal‑Lunzjata, (tal‑Karmelitani), l‑Imdina. Il-meditazzjonijiet tal-irtir tmexxew minn Patri Charlo’ Camilleri, Karmelitan.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja tal-Lunzjata, l-Imdina
    3 ta’ Frar 2017

    L-Evanġelju li għadna kemm smajna jintroduċiena għall-ewwel dizzjunarju qasir li jippreparana immedjatament mill-bidu nett tar-Randan għall-festi tal-Għid…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jsejjaħ għal tiġdid fit-tradizzjoni tal-mużika sagra

  • Pope Francis on Saturday received the participants in a major international conference on sacred music, a half-century after the promulgation of the Conciliar document, Musicam sacram on music in the sacred liturgy.

    Over 400 people taking part in the gathering organized by the Congregation for Catholic Education and the Pontifical Council for Culture around the theme: Music and the Church: cult and culture fifty years after Musicam sacram, met in the Clementine Hall of the Apostolic Palace to hear the Holy Father…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Marzu

  • San Mattew 25:31-46
    Ġesu qal lid-dixxipli: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, mbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. Mbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa  mill-ħolqien tad-dinja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Marzu

  • San Mattew 4:1-11

    Mbagħad l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ix-Xitan iġarrbu. U Ġesù baqa’ sajjem għal erbgħin jum u erbgħin lejl, u fl-aħħar ħadu l-ġuħ. U resaq it-tentatur u qallu: “Jekk inti Bin Alla, ordna li dan il-ġebel isir ħobż.” Iżda Ġesù wieġbu: “Hemm miktub,

     ‘Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix,

     iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.’ “

    Mbagħad ix-Xitan ħadu miegħu fil-Belt imqaddsa, qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju, u qallu: “Jekk inti Bin Alla, inxteħet għal isfel; għax hemm miktub li, ‘Lill-anġli tiegħu jordnalhom jieħdu ħsiebek,’ u li

    ‘Fuq idejhom jerfgħuk,

    Ħalli ma taħbatx riġlejk ma’ xi ġebla.’ ”

    Qallu Ġesù: “Hemm miktub ukoll,

     ‘Iġġarrabx lill-Mulej Alla tiegħek.’ ”

    Għal darb’oħra x-xitan ħadu miegħu fuq muntanja għolja ħafna, urieh is-saltniet kollha tad-dinja u l-glorja tagħhom, u qallu: “Dawn kollha nagħtihom lilek jekk tinxteħet tadurani.” Mbagħad qallu Ġesù: “Itlaq, Xitan! …

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jibda Viżta Pastorali fl-Arċidjoċesi ta’ Malta

  • F’għeluq is‑sentejn mindu sar Arċisqof ta’ Malta, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jibda Viżta Pastorali fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Din il‑Viżta Pastorali ser tlaqqgħu aktar mill‑qrib man‑nies fis‑70 parroċċa. Il‑Viżta Pastorali tal‑Arċisqof Scicluna f’kull parroċċa ser issir fuq numru ta’ ġranet u tinkludi laqgħat ta’ djalogu ma’ realtajiet differenti f’kull parroċċa, u mumenti ta’ talb biċ‑ċelebrazzjoni tal‑Quddiesa. L‑Arċisqof ser isib ħin ukoll biex iwassal il‑ħniena tal‑maħfra ta’ Alla permezz tal‑qrar, u biex iżur familji li għaddejjin minn diffikultajiet jew li jħossuhom emarġinati…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Marzu

  • San Luqa 5:27-32
    Wara dan, ħareġ u lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja.” Dak telaq kollox, qam u mar warajh. Mbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra. Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu, u qalulhom: “Dan l-għala tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?” U Ġesù weġibhom: “Mhux dawk li huma f’saħħithom għandhom bżonn it-tabib, iżda l-morda…

  • Kompli aqra »