Arkivji mensili: Ġunju 2017

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ġunju

  • San Ġwann 21:15-19

    F’dak iż-żmien, Ġesù deher lid-dixxipli tiegħu. Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?”. Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”. Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi”.

    Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?”. Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”. Qallu: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi”…

  • Kompli aqra »

Kungress internazzjonali dwar kif l-internet jista’ jkun post sigur għat-tfal

  • Kungress dwar il-ġlieda kontra l-abbuż u l-isfruttar sesswali tat-tfal onlajn, se jiġi organizzat mill-Università Pontifiċja Gregorjana, f’Ruma.

    Bl-isem ta’ “Child Dignity in the Digital World”, il-kungress se jitmexxa mill-Professur Hans Zollner SJ, li jieħu ħsien iċ-Ċentru tal-Ħarsien tat-Tfal fi ħdan l-istess università, u se jkun qed jeżamina formi ġodda ta’ abbuż fuq it-tfal fid-dinja diġitali, ir-riskji u l-isfidi tagħhom kif ukoll l-impatt fuq id-dinjità tat-tfal…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ġunju

  • San Ġwann 17:20-26

    F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni.

    Il-glorja li int tajt lili jiena tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda: jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili…

  • Kompli aqra »