Arkivji mensili: Ġunju 2017

“Għandna nafdaw bl-istess fidi sempliċi ta’ San Franġisk u ta’ Santa Ġjaċinta ta’ Fatima” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Festa tal-Madonna ta’ Fatima fil-Knisja Parrokkjali ta’ Gwardamanġa

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Quddiesa tal-festa tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa

    28 ta’ Mejju 2017

    Il-festa ta’ din is-sena tagħtina l-okkażjoni biex nirriflettu b’mod profond fuq il-messaġġ li Sidtna Marija xtaqet tafda lit-tliet ragħajja ta’ Fatima.

    Jiena nixtieq nissuġġerixxi ftit ħsibijiet u nixtieq ukoll ngħaddihom lil din il-parroċċa hi u tiċċelebra l-bidu tal-Ġublew tad-Deheb…

  • Kompli aqra »

Filmat: Kunċert mill-kor personali tal-Papa Franġisku

  •  
  • Il‑kor Cappella Musicale Pontificia Sistina, il‑kor personali tal‑Papa, ser jagħti kunċert ta’ mużika sagra bl-isem ‘Exsultate Deo’, nhar il‑Ġimgħa, 9 ta’ Ġunju, fis‑7:30 p.m., fil‑KonKatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din hija opportunità unika għal kull min jixtieq jattendi kunċert mill‑kor tal‑Papa, l-iktar kor antik fid-dinja, li huwa responsabbli mill‑akkumpanjament mużikali tac‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi ppreseduti mill‑Papa Franġisku.

    Ir‑repertorju tal‑kunċert f’Malta jikkonsisti f’siltiet mużikali ta’ kompozituri Ewropej tas-seklu 16, li huma magħrufa l‑iktar għall‑mużika sagra…

  • Kompli aqra »

Kungress internazzjonali dwar kif l-internet jista’ jkun post sigur għat-tfal

  • Kungress dwar il-ġlieda kontra l-abbuż u l-isfruttar sesswali tat-tfal onlajn, se jiġi organizzat mill-Università Pontifiċja Gregorjana, f’Ruma.

    Bl-isem ta’ “Child Dignity in the Digital World”, il-kungress se jitmexxa mill-Professur Hans Zollner SJ, li jieħu ħsien iċ-Ċentru tal-Ħarsien tat-Tfal fi ħdan l-istess università, u se jkun qed jeżamina formi ġodda ta’ abbuż fuq it-tfal fid-dinja diġitali, ir-riskji u l-isfidi tagħhom kif ukoll l-impatt fuq id-dinjità tat-tfal…

  • Kompli aqra »