“Il-Ġustizzja ma tinxtarax” – Il-Vigarju Ġenerali fil-ftuħ tas-Sena Forensi
Quddiesa fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-Sena Forensi 2017
02/10/2017- Omelija tal-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi
-
Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
2 ta’ Ottubru 2017
Il-Kelma ta’ Alla li smajna f’din il-quddiesa tagħtina dawl sabiħ għal ħajjitna. Nixtieq insemmi tliet punti marbuta mal-qari li smajna, u nagħmel tliet talbiet.
“Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd … ” (Mill-Evanġelju ta’ San Luqa)
Il-parabbola ta’ Ġesù ssemmi żewġ karatteristiċi li kienu eżatt il-kontra ta’ li wieħed kien jistenna minn Imħallef: li jqim lil Alla (dik hi t-tifsira ta’ li tibża’ minn Alla) u li jagħti każ in-nies…