Arkivji mensili: Diċembru 2017

Live: Quddiesa tal-Milied għall-istudenti li jattendu skejjel tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti

  • L-Erbgħa, 6 ta’ Diċembru 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jiċċelebra Quddiesa tal-Milied mal-istudenti li jattendu skejjel tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti. Il-Quddiesa, li se tibda fid-9:30am fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, hi organizzata mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni. 

  • Iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana fuq YouTube
  • 

  • Kompli aqra »

Battle of the Sexes

  • *** 

    Diretturi:         Jonathan Dayton u Valerie Faris

    Atturi:              Emma Stone, Steve Carell, Sarah Silverman, Bill Pullman, Alan Cumming, Elisabeth Shue, Austin Stowell u Eric Christian Olsen

    Ħin tal-Film:   121 min

    Maħrug minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       15

    Billie Jean King u Gladys Heldman jikkonfrontaw lil Jack Kramer meta ħabbar f’tornament tat-tennis li l-ikbar premju għan-nisa kien sejjer ikun wisq inqas minn dak għal-irġiel, u  dan għalkemm il-bejgħ tal-biljetti kien sejjer ikun imqassam ugwali…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Diċembru

  • San Mattew 15:29-37 

    F’dak iż-żmien, Ġesù mar ħdejn il-baħar tal-Galilija; tala’ fuq l-għolja u qagħad bilqiegħda hemm. U bdew resqin lejh ġemgħat kbar ta’ nies, li kellhom magħhom zopop, għomja, persuni b’diżabbiltà, imbikkmin, u ħafna oħrajn; qegħduhomlu f’riġlejh, u hu fejjaqhom, hekk li n-nies kollha baqgħu mistagħġba meta raw l-imbikkmin jitkellmu, l-persuni b’diżabbiltà qawwijin u sħaħ, iz-zopop jimxu u l-għomja jaraw; u bdew jagħtu glorja lil Alla ta’ Iżrael…

  • Kompli aqra »

Ħames tradizzjonijiet għall-familja għall-Avvent

  • Here are five beautiful ways to observe this most peaceful of seasons.

    Do you ever get to Christmas morning and wonder where, exactly, the last month went? Too often, the holiday season rushes by with a flurry of activity, and sometimes, the busy pace of life in December means we forget all about Advent. While Christmas is about celebrating the birth of Jesus, Advent — the four weeks before Christmas — is a special time in the Church calendar to practice waiting and hoping, to turn our attention toward Christ’s first coming…

  • Kompli aqra »

“Kun iċ-ċavetta tal-imħabba, tal-mogħdrija u tal-verità” – L-Arċisqof lill-kappillan il-ġdid tas-Swatar

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali tas-Swatar

    25 ta’ Novembru 2017

    “Arawni hekk jien se nfittex in-nagħaġ tiegħi u nieħu ħsiebhom. Bħalma r-ragħaj jaħseb fil-merħla tiegħu meta jsib ruħu f’nofs in-nagħaġ imxerda tiegħu, hekk naħsebn jien fin-nagħaġ tiegħi u nsalvahom minn kull fejn xterrdu fi żmien is-sħab u s-swied tal-ajru” (Eżek 34, 11-12)…

  • Kompli aqra »

Filmat: L-intenzjonijiet tat-talb tal-Papa għal Diċembru: L-anzjani

  • Pope Francis on Monday released a video message accompanying his prayer intention for the month of December, which this month is “For the elderly.”

    “Let us keep in mind our elders, so that sustained by families and institutions, may with their wisdom and experience collaborate in the education of new generations.”

    It has become the custom of Pope Francis to release a video message detailing his new prayer intention each month…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Diċembru

  • San Luqa 10:21-24 

    F’dak iż-żmien, Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf min hu l-Iben ħlief il-Missier, anqas min hu l-Missier ħlief l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-adolexxenti li għamlu l-Griżma fix-Xgħajra

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja tax-Xgħajra

    12 ta’ Novembru 2017

    L-ewwel nett nirringrazzja ħafna liż-żgħażagħ talli aċċettajtu li tirċievu s-Sagrament tal-Griżma. Nirringrazza ħafna lill-parrini tagħkom li qed jidħlu għar-responsabbiltà li jissapportjawkom. Nirringrazzja ħafna lill-ġenituri tagħkom li ppreżentawkom għal dan is-sagrament, issapportjawkom intom u tippreparaw rwieħkom. Nixtieq nirringrazzja lill-komunità kollha tax-xogħol li sar fil-preparazzjoni tagħkom…

  • Kompli aqra »

Fis-sbuħija tal-Immakulata Kunċizzjoni aħna naraw tassew il-glorja tal-Mulej u l-qawwa tas-salib – L-Arċisqof

L-Arċisqof fil-bidu tan-Novena bi tħejjija għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokjali ta’ Bormla

    28 ta’ Novembru 2017

    Mhix hi ġarritu fil-ġuf tagħha għal disa’ xhur? Mhux hi wellditu fl-għar ta’ Betlehem? Mhix hi fisqitu, għożżietu, kabbritu. Kienet xhud tal-ewwel passi tiegħu, tal-ewwel kelma li qal, tal-bikjiet tiegħu tarbija.  Mhix hi li ratu jilgħab ma’ sħabu ġo Nazaret tifel ċkejken? …

  • Kompli aqra »

Il-mixja lejn id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità

  • Artiklu miktub mid-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Dun Martin Micallef, fl-okkażjoni tal-ġimgħa ddedikata lill-persuni b’diżabilità.

    Aktar minn ħamsin sena ilu Dun Mikiel Azzopardi, saċerdot Malti li tant kien attiv fi ħdan l-Azzjoni Kattolika Maltija, fil-qasam edukattiv kif ukoll fuq il-mezzi tax-xandir kien iħoss li diversi persuni b’diżabilità f’Malta kienu qed jgħixu fi stat ta’ faqar, fi stat deplorabbli…

  • Kompli aqra »