Arkivji mensili: Diċembru 2017

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Diċembru

  • San Mattew 9:35–10:1.6-8 

    F’dak iż-żmien, Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu. Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj.

    Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu”…

  • Kompli aqra »

Il-Knisja Awstraljana tniedi s-Sena taż-Żgħażagħ

  • The national Year of Youth was officially launched in Australia on Thursday with a festival which will run until the 9th of December.

    The year itself which will conclude in November 2018 coincides with the ten year anniversary of World Youth Day in Sydney. The aim of the Year of Youth, which has been organized by the Australian Catholic Bishops Conference, is to accompany and engage with young people as they discern their place in the world…

  • Kompli aqra »

Talba ta’ San Ġwanni Pawlu II fis-solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Verġni Marija

  • Verġni Immakulata!

    Għal darb’oħra ninsabu hawn biex nagħtuk qima f’rigjen din l-kolonna minn fejn int tħares b’imħabba lill-belt ta’ Ruma u lid-dinja kollha minn mindu, 150 sena ilu l-beatu Pio IX pproklama bħala verità ta’ fidi Kattolika, il-ħarsien tiegħek minn kull tebgħa tad-dnub, minn qabel il-mewt u l-qawmien ta’ Ibnek Ġesù Kristu.

  • Verġni Immakulata! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Diċembru

  • It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità 

    San Luqa 1:26-38 

    F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Għal dan il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet tfisser dik it-tislima…

  • Kompli aqra »

Il-Papa mħasseb serjament dwar il-pjan ta’ Donald Trump li jagħraf Ġerusalemm bħala l-kapitali tal-Iżrael

  • Pope Francis has expressed his “deep concern” at President Donald Trump’s plan to recognise Jerusalem as the capital of Israel arguing the move will create more tensions in the Holy Land and stressing the city is sacred to Jews, Christians and Muslims. 

    Francis made his comments to a gathering in the Vatican’s Paul VI hall following news that the United States president is planning to move the country’s embassy to Israel from Tel Aviv to Jerusalem. 

    “I cannot remain silent about my deep concern over the situation that has arisen in recent days and, at the same time, a heartfelt appeal so that everyone would be committed to respecting the status quo of the city, in accordance with the relative resolutions to the United Nations,” Francis said at the General Audience today (6 December). 

    While Israel regards Jerusalem as its capital, Palestinians see East Jerusalem as the capital of a future Palestinian state…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Diċembru

  • San Mattew 7:21.24-27 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mhux kull min jgħidli: “Mulej, Mulej”, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet.

    Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat. Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġġarrfitx għax kellha s-sisien tagħha fuq il-blat…

  • Kompli aqra »

Fil-Milied taċċetta lil Ġesù f’qalbek b’għażla u mhux bil-parties – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Milied mal-istudenti li jattendu skejjel tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti

  • 
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    6 ta’ Diċembru 2017

    Għeżież tfal, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom talli intom u tirrappreżentaw l-iskejjel tagħkom, ġejtu wkoll b’offerta għall-Malta Community Chest Fund biex turu s-solidarjetà tagħkom, l-imħabba tagħkom lejn kull min fis-soċjetà għandu bżonnijiet speċjali u fl-istess ħin nirrealizzaw li ma jistax ikun hemm Milied jekk aħna tassew ma naħsbux f’kulħadd…

  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Kummissjoni Ambjent dwar Villa San Injazju f’San Ġiljan

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) għal darb’oħra tħeġġeġ lill‑awtoritajiet jieħdu l‑miżuri kollha għad‑dispożizzjoni tagħhom biex ma jħallux il‑ġenn li nibnu akkost ta’ kollox ikompli jagħmina, hekk li nħarbtu saħansitra dak li jagħtina identità ta’ poplu. Għall‑kuntrarju, jeħtieġ naħdmu biex nippreservaw il‑wirt arkitettoniku mill‑ferneżija ta’ twaqqiegħ ta’ bini, u mill‑konverżjoni ta’ bini eżistenti f’appartamenti, li wliedna jridu jissallbu biex jikru jew jixtru, bi gwadann għall‑ispekulaturi…

  • Kompli aqra »

Suburbicon

  • Direttur:          George Clooney

    Atturi:              Matt Damon, Julianne Moore, Noah Jupe, Oscar Isaac, Glenn Fleshler, Megan Ferguson, Jack Conley, Gary Basaraba u Karimah Westbrook

    Ħin tal-Film:    105 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18

    Fl-1959, id-distrett fejn kienu jgħixu biss nies bojod, jitheżżez meta tasal il-famija Mayers, familja Afrikana-Amerikana…

  • Kompli aqra »