Arkivji mensili: Mejju 2018

Il-Kardinal Sarah se jkun dak li ser jgħid l-‘Habemus Papam’ li jmiss

  • Cardinal Robert Sarah has become the “proto-deacon”: that is to say that in case of conclave, he will be responsible for announcing the name of the future new pope, and will thus pronounce the famous “Habemus papam” from the balcony of St Peter’s Basilica, noted the newspaper La Croix on May 21, 2018. 

    That, of course, is presuming that there would be a conclave before his tenure as proto-deacon ends and also presuming that he himself wouldn’t be elected the next pope! …

  • Kompli aqra »

Servizz ekumeniku fi żmien Pentekoste

  • Pentekoste huwa sinjal li fih nagħrfu l-bidla milll-kotra għall-għaqda. Għalhekk, bħalma jsir kull sena fi żmien Pentekoste, il-Knejjes Insara differenti ser jingħaqdu flimkien għal talb ekumeniku, bit-tema ta’ din is-sena tkun “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi” (Lq 4:18).

    Is-servizz ekumeniku ser isir għada l-Ħamis, 24 ta’ Mejju, fis-6:30pm, fil-knisja tat-Trinità Mqaddsa, fi Triq Rudolfo, Tas-Sliema. Din iċ-ċelebrazzjoni ser tkun ippreseduta mir-Reverendu Ed Hanson…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Mejju

  • San Mark 9:38-40 

    F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”.

    Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min mhuwiex kontra tagħna, huwa magħna”…

  • Kompli aqra »

6 raġunijiet għalfejn issir saċerdot

  • Just like his father before him, my oldest son entered seminary — and just like me, he didn’t stay. I hope my other sons will give seminary a try also — and I pray that one is called to be a priest.

    Here are the reasons I think they should want to receive that call.

    Be a priest because the world needs heroes

    I noticed something at this year’s commencement at Benedictine College in Kansas, where I work…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Mejju

  • San Mark 9:30-37 

    F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli għaddew minn nofs il-Galilija, u hu ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt”. Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh.

    Waslu Kafarnahum; u meta kienu d-dar staqsiehom: “X’kontu qegħdin titħaddtu bejnietkom fit-triq?”. Iżda huma baqgħu siekta, għax fit-triq kienu qagħdu jitħaddtu bejniethom fuq min kien l-akbar…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof bi proposta għal soluzzjoni dwar Patri Mark Montebello

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna avviċina lill‑Provinċjal tal‑Ordni Dumnikan u infurmah li jinsab dispost jgħin biex tinstab soluzzjoni sabiex Patri Mark Montebello jkun jista’ jkompli b’kitbietu b’rispett sħiħ lejn l‑impenn tiegħu ta’ saċerdot reliġjuż u b’lealtà sħiħa lejn it‑tagħlim tal‑Knisja. Filwaqt li jirrispetta l‑awtonomija tal‑Ordni Reliġjuż, l‑Arċisqof ħa din l‑inizjattiva konxju tal‑fatt li saċerdot reliġjuż iwieġeb lis‑superjur tiegħu, li huwa l‑Provinċjal tal‑Ordni. F’dan il‑każ l‑Arċisqof la kien infurmat u lanqas ikkonsultat b’xi deċizjoni dwar Patri Montebello…

  • Kompli aqra »

I Feel Pretty

  • ***

    Diretturi:         Abby Kohn u Marc Silverstein

    Atturi:              Amy Schumer, Michelle Williams, Rory Schovel, Emily Ratakowski, Busy Philipps, Aidy Bryant, Naomi Campbell, Lauren Hutton u Tom Hopper

    Ħin tal-Film:    110 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       15

    Renee Barrett hi żagħżugħa, li ma kinitx kuntenta u kunfidenti biha nfisha minħabba persunitha…

  • Kompli aqra »

“Tibżgħux tkunu u turu li intom Insara” – L-Arċisqof lill-adolexxenti f’Pentekoste

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta
    20 ta’ Mejju 2018

    L-ewwel nett nirringrazzjakom talli ġejtu llum biex tirċievu s-Sagrament tal-Griżma. Nirringrazzja lill-parrini li daħlu għal din ir-responsabbiltà li jsostnukom, ikunu ta’ sapport għalikom u jagħtukom pariri sbieħ u eżempju sabiħ. Imma fuq kollox nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri u lill-qraba li għenukom biex taslu sa din il-ġurnata sabiħa fejn intom se tirċievu l-Ispirtu qaddis tal-Mulej bħalma rċevuh bħal-lum, f’Għid il-Ħamsin, id-dixxipli ta’ Ġesù miġburin madwar Marija…

  • Kompli aqra »

Il-Knisja llum tiċċelebra għall-ewwel darba t-tifkira ta’ Marija Omm il-Knisja

  • Illum il-Knisja Kattolika qed tiċċelebra għall-ewwel darba t-tifkira ta’ Marija bħala “Omm il-Knisja”.

    Kien il-Papa Franġisku li f’Marzu li għadda ddeċieda li din il-festa għandha tiġi mfakkra t-Tnejn li jaħbat l-għada tal-Għid il-Ħamsin.

    Digriet tal-Kongrezzjoni Vatikana għall-Orazzjoni Divina u d-Dixxiplina tas-Sagramenti juri li l-qima lejn Marija bħala Omm il-Knisja għandha għeruq antiki fit-tradizzjoni Kattolika, li twassal sa żmien Santu Wistin u San Ljun il-Kbir…

  • Kompli aqra »