L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Lulju
06/07/2018-
San Mattew 9:9-13
F’dak iż-żmien, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja!” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu.
Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol ma-lpubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?”. Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda…