Arkivji mensili: Lulju 2018

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Lulju

  • San Mattew 8:18-22 

    F’dak iż-żmien, meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor.

    Imbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: “Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”. Imma Ġesù wieġbu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”.

    Ieħor, wieħed mid-dixxipli, qallu: “Mulej, ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri”…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu li nkunu verament Insara Kattoliċi b’ħarsa universali, bis-sejħa universali għall-qdusija tħeġġeġ f’qalbna” – L-Arċisqof

Quddiesa fis-solennità tal-festa ta' San Pietru u San Pawl

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Katidral tal-Imdina
    29 ta’ Ġunju 2018

    “Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni” (2 Tim 4:18). Dawn il-kliem mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Missierna lil Timotju, huma kliem li jsibu l-eku tagħhom fil-liturġija tal-kelma tal-jum qaddis ta’ din is-solennità.

    Fir-responsorju, aħna u nimmeditaw fuq l-Ewwel Qari, kantajna: “Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta’ Lulju

  • San Mark 5:21-43 

    F’dak iż-żmien, wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, inxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix”. U Ġesù telaq miegħu, b’kotra kbira miexja warajh, kulħadd iross fuqu…

  • Kompli aqra »