Arkivji mensili: Awwissu 2018

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Awwissu

  • San Mattew 19:23-30 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet”.

    Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?”. Ġesù ħares lejhom u qalilhom: “Għall-bnedmin dan ma jistax ikun; għal Alla kollox jista’ jkun”…

  • Kompli aqra »

Test sħiħ: L-Ittra tal-Papa Franġisku lill-Poplu ta’ Alla

  • “Jekk membru jbati, ibatu wkoll (il-membri) l-oħra miegħu” (1 Kor, 12,26).  Dan il-kliem ta’ San Pawl jidwu bil-qawwa f’qalbi xħin għal darb’oħra nara t-tbatija li għexu bosta minuri minħabba l-abbużi sesswali, tal-poter u tal-kuxjenza mwettqin minn għadd imdaqqas ta’ kjeriċi u persuni konsagrati.  Krimini li jqanqlu ġrieħi fondi ta’ niket u impotenza, qabel xejn fost il-vittmi, iżda wkoll fost il-familjari tagħhom u fil-komunità kollha kemm hi, kemm jekk jemmnu wkoll jekk le.  Meta nħarsu lejn il-passat qatt mhu se jkun biżżejjed dak li nagħmlu biex nitolbu maħfra u nfittxu nsewwu l-ħsara li saret.  Meta nħarsu lejn il-futur, qatt mhu se jkun ftit dak kollu li nagħmlu biex nagħtu l-ħajja lill-kultura li jkollha ħila tevita li mhux biss sitwazzjonijiet bħal dawn ma jerġgħux jirrepetu ruħhom imma li ma jkunx hemm lok li jinsatru u jibqgħu jsiru xorta waħda.  It-tbatija tal-vittmi u tal-familjari tagħhom hi wkoll it-tbatija tagħna, għaldaqstant huwa urġenti li ntennu għal darb’oħra l-impenn tagħna biex niggarantixxu l-protezzjoni tal-minuri u tal-adulti vulnerabbli…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Awwissu

  • San Mattew 19:16-22 

    F’dak iż-żmien, resaq wieħed fuq Ġesù u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”. U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti”. “Liema?” staqsieh dak.

    U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u ’l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Awwissu

  • L-Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    San Ġwann 6:51-58 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja”.

    Fuq hekk il-Lhud tlewwmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?”…

  • Kompli aqra »

Żgħażagħ Maltin jingħaqdu ma’ 70,000 oħra għal laqgħa mal-Papa Franġisku

  • Mis-7 sat-13 ta’ Awwissu fi Grottaferrata l-Italja, seħħ it-2 appuntament tal-proġett OWLS (Opportunities + Willingness + Learning = Success) iffinanzjat mill-programm tal-Erasmus+ tal-Unjoni Ewropea. Il-protagonisti ta’ dan il-proġett kienu ż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika ġejjin minn Malta, l-Italja u r-Rumanija flimkien ma’ żgħażagħ mill-Polonja, l-Albanija, il-Moldova, l-Ukrajna, il-Bulgarija u Spanja. Kienet okkażjoni prezzjuża ta’ djalogu għas-60 żgħażagħ li ltaqgħu sabiex jitħaddtu fuq l-isfidi u s-suċċess tal-esperjenzi tagħhom fl-Azzjoni Kattolika u tal-volontarjat…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Awwissu

  • San Mattew 19:13-15 

    F’dak iż-żmien, ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom.

    U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”.

    Imbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.

  • Kompli aqra »

Il-Vatikan iwieġeb għar-rapport ta’ abbuż sesswali f’Pennsylvania

  • On Thursday evening, the Director of the Holy See Press Office, Greg Burke, issued the following statement regarding the report of the Pennsylvania Grand Jury issued earlier this week in the United States over the sexual abuse of minors.

    “Regarding the report made public in Pennsylvania this week, there are two words that can express the feelings faced with these horrible crimes: shame and sorrow…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Awwissu

  • San Mattew 19:3-12 

    F’dak iż-żmien, resqu fuq Ġesù xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?”. Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal: “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed”? Għalhekk mhumiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jitlob għall-vittmi tal-pont li waqa’ fl-Italja

  • Pope Francis said on Wednesday he is praying for all those affected by a bridge collapse in the northern Italian city of Genoa.

    A section of the 45-meter high ‘Morandi’ bridge collapsed on Tuesday morning. Officials say at least 39 people died in the tragedy.

    On the Solemnity of the Assumption, Pope Francis prayed that “our heavenly Mother obtain comfort, courage, and serenity for all”, especially those affected by the bridge collapse…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Awwissu

  • San Mattew 18:21-19:1 

    F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. 

    U Ġesù wieġbu: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent…

  • Kompli aqra »