Arkivji mensili: Awwissu 2018

Id-direttur il-ġdid ta’ Caritas Malta jżur Dar Papa Franġisku

  • Is-Sur Anthony Gatt, id-direttur il-ġdid ta’ Caritas Malta, beda sensiela ta’ żjarat fil-ħafna djar li għandha Caritas Malta.

    Fil-bidu tal-ġimgħa li għaddiet żar l-Outreach il-Furjana, fejn isir l-ewwel kuntatt mill-persuni li jersqu għall-għajnuna mill-abbuż ta’ sustanzi illegali; il-komunità terapewtika ta’ San Blas kif ukoll dik ta’ Dar Et Iris li huma żewġ programmi ta’ rijabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga għall-irġiel u għan-nisa; ix-xelter għall-irġiel fl-istess ċentru terapetiku ta’ San Blas…

  • Kompli aqra »

Hotel Artemis

  • ***

    Direttur:          Andrew Pearce

    Atturi:              Jodie Foster, Sterling K. Brown, Sofia Boutella, Jeff Goldblum, Brian Tyree Henry, Jenny Slate, Zachary Quinto u Charlie Day

    Ħin tal-Film:    94 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  18

    Fil-21 ta’ Ġunju, minħabba il-privitazzazzjoni tal-ilma, qam irvell ġewwa Los Angeles…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Awwissu

  • San Mattew 17:22-27 

    F’dak iż-żmien, meta d-dixxipli kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qalilhom: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin u joqtluh, u fit-tielet jum iqum”. U huma sewdu qalbhom ħafna. Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: “L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?”. “Iva”, qalilhom.

    Meta daħal id-dar, Ġesù, bla ma ħallieh jitkellem, staqsieh: “Int x’jidhirlek, Xmun? …

  • Kompli aqra »

Xandar tal-għożża tal-ħajja – L-Isqof Awżiljarju f’Ħal Balzan

Quddiesa ta' radd il-ħajr lil Alla ġimgħa wara l-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

  •  

  • Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan
    11 ta’ Awwissu 2018

    Seba’ u għoxrin sena ilu ġejt għall-ewwel darba bħala saċerdot fil-parroċċa ta’ Ħal Balzan. Kont dħalt fil-knisja, ħarist lejn Marija Annunzjata, u tlabtha li fiż-żmien li ngħaddi f’din il-parroċċa, bħalha nkun qaddej tal-Mulej u tal-poplu tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Awwissu

  • Id-Dsatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    San Ġwann 6:41-51 

    F’dan iż-żmien, il-Lhud bdew igergru fuq Ġesù għax kien qal: “Jiena hu l-ħobż li niżel mis-sema”. U bdew jgħidu: “Dan mhuwiex Ġesù bin Ġużeppi? Lil missieru u ’l ommu ma nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid: ‘Jiena nżilt mis-sema’?”.

    Ġesù weġibhom: “Toqogħdux tgorru bejnietkom. Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Awwissu

  • San Mattew 17:14-20 

    F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed raġel niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b’tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa’ jew fin-nar jew fl-ilma. Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejquh”. Wieġeb Ġesù u qal: “Ja nies bla fidi u ħżiena! Kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? …

  • Kompli aqra »

Ftehim bejn il-Fondazzjoni Kana u l-Ministeru għall-Familja

  • Intlaħaq ftehim bejn il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u l-Fondazzjoni Kana li se jiggarantixxi s-somma ta’ €30,000 fis-sena għat-tliet snin li ġejjin, jiġifieri sal-2020. Dan se jkompli jkun ta’ sostenn għal din il-fondazzjoni biex tkompli ttejjeb is-servizz u l-operat tagħha.

    Il-Fondazzjoni Kana hija fergħa tal-Moviment ta’ Kana, li dejjem kellu l-iskop li jġib ’il quddiem u jsaħħaħ il-familja…

  • Kompli aqra »

Rapport Finanzjarju 2017 tal-Arċidjoċesi ta’ Malta: Jiżdiedu l-pagi u s-sussidji u jonqos is-surplus

  • Fl‑2017, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta rreġistrat tnaqqis ta’ €1.44 miljun fis‑surplus nett għal total ta’ €0.37 miljun, mill‑€1.81 miljun irreġistrat fl‑2016. 

    L‑infieq żdied b’riżultat tal-impenn kontinwu li jitjiebu s-servizzi pastorali, li ġab miegħu żieda fl-impjegati fl-entitajiet kollha tal-Arċidjoċesi. Ġew irreġistrati żidiet sinifikati fir‑riżorsi umani fid‑djar tal‑anzjani, fid‑djar tat‑tfal, fid‑djar tal‑persuni b’diżabilità u fil‑Kurja tal‑Arċisqof. Fost l‑oħrajn, dawn ir‑riżorsi addizzjonali kienu meħtieġa sabiex itejbu s‑servizzi mogħtija lir‑residenti anzjani, itejbu s‑servizzi mogħtija lit‑tfal u jkun hemm firxa aktar wiesgħa ta’ servizzi għall‑persuni b’diżabilità…

  • Kompli aqra »

L-Arġentina tirrifjuta l-liġi tal-abort volontarju

  • In a victory for pro-life advocates in Argentina, the country’s Senate rejected a bill on Thursday to legalize voluntary abortion into the 14th week of pregnancy.

    Hours of heated debate and impassioned pleas ended with a 38 to 31 vote against the measure. The bill had narrowly passed the lower house in July.

    Senators from Argentina’s northern regions led the charge against legalizing voluntary abortion, while representatives from the Buenos Aires region and those in the south pushed to pass it…

  • Kompli aqra »