Arkivji mensili: Awwissu 2018

L-isqfijiet Ċileni jammettu li żbaljaw fil-każi ta’ abbużi fuq minuri

  • Chile’s bishops acknowledged they had “failed to fulfil our duty by not listening, believing, attending or accompanying the victims of grave sins” after a five-day meeting to discuss the clergy sexual abuse crisis rocking the country.

    Bishop Santiago Silva of the Military Diocese of Chile, president of the bishops’ conference, also apologised to abuse survivors for the bishops’ failure to “react in time to the painful sexual abuse and abuse of power and authority” as the general assembly concluded Aug…

  • Kompli aqra »

Abbatini Maltin jiltaqgħu mal-Papa Franġisku

  • Il-Ħadd li għadda, 5 ta’ Awwissu 2018, il-Papa Franġisku ħa pjacir jiltaqa’ mal-abbatini Maltin li bħalissa qegħdin iservu fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Il-grupp huwa magħmul minn 14-il abbati mid-djocesi ta’ Malta u 6 mid-djocesi ta’ Għadewx flimkien ma’ Dun Frans Bonnici, Dun Mark Ellul u Joseph Bajada, seminarista minn Għawdex.

    Il-Papa staqsa kif inhuma l-Isqfijiet Maltin u ħa pjacir ikun jaf li s-Sibt filgħaxija, it-tliet isqfijiet Maltin ordnaw lill-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Malta, Mons…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Awwissu

  • San Mattew 14:22-36 

    Wara li l-folla kielet, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu. Id-dgħajsa kienet diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar…

  • Kompli aqra »

Mulej, agħmel li permezz tal-immaġini mmarkata fuq il-liżar tiegħek, ma naqtgħux qalbna u ma nitbegħdux minnek – L-Arċisqof

Omelija waqt Quddiesa mal-Arċisqof ta' Turin, bħala parti mill-proġett ta' evanġelizzazzjoni tal-Komunità Abramo bl-isem ta' 'L-Akbar Imħabba'

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien
    21 ta’ Lulju 2018

    Ippermettuli fil-bidu ta’ din l-omelja, f’dil-knisja sabiħa, nirringrazzja lill-Arċisqof ta’ Turin, Mons. Cesare Nosiglia, talli kkonċeda din il-kopja awtentika tal-Liżar ta’ Kristu li qed tkun meqjuma hawnhekk.

    Eccellenza, vorrei dire un grande grazie per questo grande dono che ci ha fatto della replica autentica della Sacra Sindone…

  • Kompli aqra »

Direttur ġdid għal Caritas Malta

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lis‑Sur Anthony Gatt, psikologu, bħala direttur tal‑entità tal‑Knisja Caritas Malta. Anthony Gatt ser ikompli jaħdem biex il‑Knisja, permezz tal‑Caritas, issaħħaħ is‑servizzi li toffri bla ħlas b’mod partikolari fil‑qasam tar‑rijabilitazzjoni mid‑droga, il-ħidma b’risq il-fqar u l-familji li għaddejjin minn problemi soċjali, u l-ħidma favur il-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp tal-persuna.

    Anthony Gatt twieled fl‑1976, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Ant-Man and the Wasp

  • ****

    Direttur:          Peyton Reed

    Atturi:              Paul Rudd, Evangeline Lilly, Michael Douglas, Michael Pena, Michelle Pheiffer, Walton Goggins, Bobby Cannavale, Judy Greer u Hannah John-Kamen

    Ħin tal-Film:    118 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12

    Fl-1987, Janet van Dyne/Wasp tinxtorob bejn il-molekuli ta’ missila nukleari Russa b’riżultat li jirnexxilha tinkampaċitàh…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Awwissu

  • It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej – Festa

    Saint Mark 9:1-9 

    Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u ’l Ġakbu u ’l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu. Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Awwissu

  • It-Tmintax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    San Ġwann 6:24-35 

    F’dak iż-żmien, in-nies meta ntebħu li fuq id-dgħajsa la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù. U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: “Rabbi, meta ġejt hawn?”.

    Ġesù weġibhom: “Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu…

  • Kompli aqra »

Bonus Altor (Missier twajjeb)

Omelija tal-Arċisqof waqt l-ordinazzjoni episkopali ta' Mons. Joseph Galea-Curmi, Isqof Awżiljarju ta' Malta

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina
    4 ta’ Awwissu 2018

    Għażiż Fr Joe,

    Nirringrazzjak f’isem il‑Knisja f’Malta talli aċċettajt il‑missjoni l‑ġdida li Ġesù, ir‑Ragħaj it‑Tajjeb, qiegħed jafdalek permezz tal‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku.  Nirringrazzja ’l Alla tal‑persuni kollha li wassluk għal din l‑għotja totali bħala suċċessur tal‑Appostli, bħala isqof li huwa msejjaħ jagħti ħajtu għall‑merħla…

  • Kompli aqra »