Yearly Archives: 2018

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Marzu

  • San Ġwann 7:40-53

    F’dak iż-żmien, meta xi wħud min-nies semgħu kliem Ġesù, qalu: “Tassew dan hu l-Profeta”. Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija”. Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?”.

    Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Marzu

  • San Ġwann 7:1-2.10.25-30 

    F’dak iż-żmien, Ġesù baqa’ jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. Kienet qorbot għal-Lhud il-festa tal-Għerejjex. Wara li ħutu telgħu għall-festa tela’ hu wkoll, mhux bid-dieher, imma bil-moħbi.

    Xi wħud min-nies ta’ Ġerusalemm qalu: “Dan mhuwiex dak li qegħdin ifittxuh biex joqtluh? Araw, b’wiċċu minn quddiem qiegħed jitkellem, u ħadd ma hu jgħidlu xejn…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku dwar il-migrazzjoni: Bżonn ta’ ħidma konkreta biex neħilsu lill-ilsiera tal-lum

Mons. Alfred Vella jinħatar bħala l-persuna ta' referenza għall-ħidma mar-refuġjati fil-Mediterran

  • “Il-kundizjonijiet li jgħixu fihom miljuni ta’ migranti u refuġjati huma diżumani. Min hu mġiegħel iħalli pajjiżu ħafna drabi hu vittma ta’ inganni, vjolenza u abbużi ta’ kull xorta. Il-pajjiżi jridu jagħtu tweġibiet aktar konkreti dwar kif nistgħu negħlbu l-isfidi tal-migranti.” Hekk qal il-Papa Franġisku waqt il-laqgħa mal-membri tal-Kummissjoni Internazzjonali Kattolika għall-Migrazzjoni.

    Il-Papa saħaq li l-Mulej “kien bagħat lil Mosè għand il-faragħun biex jikkonvinċih jeħles lill-poplu tiegħu…

  • Kompli aqra »

Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju 2018

  • Bħal snin oħra, is‑Segretarjat Assistenza Soċjali tal‑Azzjoni Kattolika se jorganizza “Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju” minn nhar il‑Ġimgħa tad‑Duluri sal‑Ġimgħa l‑Kbira, jiġifieri bejn it‑23 u t‑30 ta’ Marzu 2018 bit‑tema: “ĠUSTIZZJA B’IMĦABBA”                                   

    Għal dan l‑iskop, matul id‑dati msemmija hawn fuq, f’kull knisja fl‑Arċidjoċesi għandhom jitqiegħdu kaxxi bil‑kitba “Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju”,  biex nitfgħu fihom l‑offerti tagħna…

  • Kompli aqra »

Peter Rabbit

  • ****

    Direttur:          Will Gluck

    Atturi:              Domhnall Gleeson, Rose Byrne, Sam Neill, Marianne Jean-Baptiste u Felix Williamson

    Ilħna:               James Corden, Daisy Ridley, Margot Robbie, Elizabeth Debicki, Colin Moody,                                                      Domhnall Gleeson u Rose Byrne

    Ħin tal-Film:    93 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       PG

    Peter Rabbit, kuġinuh Benjamin u tliet ħutu bniet, Flopsy, Mopsy u Cottontail kienu jgħaddu l-ħin tagħhom tal-ġurnata jaqbdu ma’ Mr McGregor u jippruvaw jisirqu u jieklu mill-ħaxix li kien jkabbar fil-ġnien tiegħu…

  • Kompli aqra »

I, Tonya

  • ****

    Direttur:          Craig Gillespie

    Atturi:              Margot Robbie, Sebastian Stan, Allision Janney, Julianne Nicholson, Bobby Cannaville, Paul Walter Hauser,  Bojana Novakovic u Dan Triandiflou

    Ħin tal-Film:    119 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15                   

    Fl-1970, ġewwa Portland, Oregon, Tonya Harding, tifla ta’ erba’ snin, tkun sfurzata biex tiskejzja fuq is-silġ minn LaVona Golden, ommha abbużiva…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Marzu

  • San Ġwann 5:31-47 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha. Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha. Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità. Mhux għax jien għandi bżonn ix-xhieda ta’ bniedem, imma qiegħed ngħidilkom dan għas-salvazzjoni tagħkom…

  • Kompli aqra »

Father Figures

  • ***

    Direttur:          Lawrence Sher

    Atturi:              Owen Wilson, Ed Helms, J.K. Simmons, Katt Williams, Terry Bradshaw, Ving Rhames, Harry Shearer, June Squibb, Christpher Walken u Glenn Close

    Ħin tal-Film:    113min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

    Kyle u Peter Reynolds huma tewmin fraterni li jsiru jafu li missierhom bioloġiku ma kienx mejjet wara kollox…

  • Kompli aqra »

Sentejn mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca

    • Fl‑okkażjoni tat‑tieni anniversarju mill‑mewt tal‑Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, nhar l‑Erbgħa, 21 ta’ Marzu 2018, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għal ruħ Mons. Mercieca. Din ser issir fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun, il‑parroċċa fejn miet, fis-6:30pm.

      L‑Insara huma mistiedna jattendu għal din il-Quddiesa u jkomplu jitolbu għal Mons. Ġużeppi Mercieca li miet fil‑21 ta’ Marzu 2016, fl‑età ta’ 87 sena…

  • Kompli aqra »

Għaqdiet umanitarji u tal-Knisja jappellaw għat-tmiem tal-kunflitt fis-Sirja

  • As the Syrian civil war enters its eighth year this week, the humanitarian agency Save the Children has issued a new report urging the international community to push for an immediate end to the conflict.

    In the report, published on Monday, Save the Children, describes the “apocalyptic” bombing campaign in Eastern Ghouta that has targeted homes, schools, hospitals and other medical facilities, forcing thousands of families to live in underground shelters…

  • Kompli aqra »