Yearly Archives: 2018

“Ma ninsewx li x-xbieha ħajja ta’ Ġesù tinsab ukoll fil-proxxmu tagħna” – L-Arċisqof waqt il-pellegrinaġġ tar-Redentur fl-Isla

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, l-Isla
    9 ta’ Marzu 2018

    “Araw il-qaddej tiegħi […] jintrefa’, jogħla u jkun ’il fuq minn kulħadd. Bħalma ħafna ndiehxu minnu, għax wiċċu tħassar, donnu ma kienx bniedem, u s-sura tiegħu ma kont tqisha ta’ bniedem, hekk għad jistagħġbu ħafna ġnus minħabba fih” (Is 52, 13-15)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Marzu

  • San Luqa 18:9-14 

    F’dak iż-żmien, kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn.

    Ġesù qalilhom din il-parabbola: “Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu. Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu: “O Alla, niżżik ħajr li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-pubblikan…

  • Kompli aqra »

Jekk deċiżjoni waħda ħażina rrovinat jew kważi rrovinat ħajtek, itlob lil din il-qaddisa!

  • Frances of Rome, the married saint most famous for remarking, “A married woman must, when called upon, leave her devotions to God at the altar to find him in her household affairs,” did not want to be married. More than anything in the world, she wanted to be a nun, and she told her father just that. Unfortunately for her, her father was entirely unconcerned about her desires—he insisted that she marry…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof Jean-Claude Hollerich S.J. elett il-President il-ġdid ta’ COMECE

  • His Excellency Mgr Jean-Claude Hollerich S.J., Archbishop of Luxembourg, has been elected President of COMECE by the Delegates of the Bishops’ Conferences of the European Union for a 5 years mandate.

    In the same election, four Vice Presidents were also elected: Mgr Noel Treanor (Ireland), Mgr Mariano Crociata (Italy), Mgr Jan Vokal (Czech Republic), Franz-Josef Overbeck (Germany).

    Mgr Hollerich succeeds to H…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Marzu

  • San Mark 12:28b-34 

    F’dak iż-żmien, wieħed mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?”. 

    Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: “Isma’ Iżrael! Il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha”. U t-tieni hu dan: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek”…

  • Kompli aqra »

Il-pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Ġesù Redentur fl-Isla

Avviż

  • L-Uffiċċju Komunikazzjoni jinforma lill-qarrejja li qed issir il-ħidma meħtieġa biex in-newsletter tal-Knisja f’Malta terġa’ tibda tintbagħat b’mod regolari bl-imejl. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent.

  • Kompli aqra »

Kunsill ġdid tal-Kappillani 2018-2020

  • Il-Kulleġġ tal-Kappillani tal-Knisja f’Malta għadu kemm ħatar Kunsill ġdid għas-snin 2018 – 2020.  Il-Kunsill tal-Kappillani huwa ffurmat minn seba’ membri tal-Kulleġġ tal-Kappillani li hu magħmul mis-70 kappillan tal-parroċċi f’Malta. Il-Kunsill hu ffurmat hekk:

    President: Dun Anton Galea Scannura
    Viċi President: Dun Ewkarist Zammit
    Segretarju tal-Kulleġġ: Dun Mario Mangion
    Kaxxier: Patri Christian Borg OFM Conv
    Segretarju tal-Kunsill: Dun Joe Mizzi
    Membri: Dun Josef Mifsud u Patri Joe Saliba O.Carm

    Il-Kunsill huwa responsabbli li janalizza l-ħwejjeġ li jolqtu l-ħidma pastorali fil-parroċċi u t-tmexxija tal-Kulleġġ u jkun ta’ għajnuna għall-Arċisqof u għall-kappillani kollha fil-ħidma pastorali tagħhom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Marzu

  • San Luqa 11:14-23 

    F’dak iż-żmien, Ġesù kien qiegħed ikeċċi xitan, li kien imbikkem. Meta x-xitan ħareġ, l-imbikkem tkellem, u n-nies stagħġbu. Iżda xi wħud minnhom qalu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”. Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema.

    Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Pawlu VI u l-Arċisqof Oscar Romero ser jiġu kanonizzati

  • The Vatican announced on Wednesday that Pope Francis has recognized a second miracle allowing five people on the path to sainthood to be canonised, the most prominent being Bl. Pope Paul VI and Bl. Oscar Romero.

    With a second miracle approved, the path has been cleared for a date to be set for the canonization of each of the five candidates, allowing them to officially be declared a saint…

  • Kompli aqra »