L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Diċembru
04/12/2018- Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Iż 11, 1-10
Salm: 71 (72), 2.7-8.12-13.17L-Evanġelju: Luqa 10, 21-24
-
F’dak iż-żmien, Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf min hu l-Iben ħlief il-Missier, anqas min hu l-Missier ħlief l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”…