Yearly Archives: 2018

Appell tal-Kummissjoni Emigranti dwar l-integrazzjoni tar-refuġjati

Jum Dinji tal-Migranti u Refuġjati 2018

  • Għaddew 30 sena minn meta, fit-2 ta’ Diċembru, 1987, l-organizzazzjoni tal-United Nations High Commissioner for Refugees (UNHCR) bdiet uffiċjalment il-ħidma tagħha f’Malta permezz tal-Kummissjoni Emigranti bħala Operational Partner.

    Għaddew ukoll 15-il sena minn meta, fl-2002, Malta rat l-ewwel mewġa enormi ta’ persuni jaslu fuq xtutha bid-dgħajjes, ifittxu protezzjoni internazzjonali. Kien il-bidu ta’ fenomenu li fetaħ il-bieb għal dik li probabbilment hija l-akbar sfida soċjali u kulturali li ħabbat wiċċu magħha pajjiżna għal ħafna żmien…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 14 ta’ Jannar

  • San Ġwann 1:35-42 

    F’dak iż-żmien, Ġwanni kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla”. Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù. Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?” Iżda huma staqsewh: “Rabbi” – li tfisser, Mgħallem – “fejn toqgħod?” …

  • Kompli aqra »

“Kull soru hi ġrajja għaliha, ġrajja ta’ ġenerożità” – Il-Vigarju Ġenerali lis-Sorijiet tal-Karità li jgħinu fid-Dar tal-Providenza

  • Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju minn meta s-Sorijiet tal-Karità ta’ Santa Ġovanna Antida Thouret bdew il-ħdima tagħhom fid-Dar tal-Providenza, il-Ġimgħa, 12 ta’ Jannar 2018, il-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi ċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament f’din id-Dar.   

    Għal din l-okkażjoni kienet preżenti wkoll Suor Mary Stephanos, il-Provinċjal tas-Sorijiet tal-Karità għal Malta u l-Italja u ġiet tirrappreżenta s-Superjura Ġenerali Suor Nunzia De Gori.   …

  • Kompli aqra »

Wieħed minn kull 12-il Nisrani fid-dinja jiġi ppersegwitat

  • In 2017, out of the 2.48 billion Christians in the world, 215 million suffered a degree of persecution ranging from “strong to extreme.”
  • “The blood of the martyrs is the seed of the Church.”

    If the year 2017 marks the military defeat of ISIS in the Middle East, it also reflects a return to strength of religious nationalism with a strong intolerance towards minorities. Today, 215 million Christians are severely persecuted around the world – one in twelve Christians – reports the NGO Open Doors in its worldwide index of Christian persecution published annually…

  • Kompli aqra »

Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-Parroċċa tal-Qawra

  • Bejn għada l-Ħadd u t-Tnejn, 14 u 15 ta’ Jannar 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jkun qed jagħmel il-viżta pastorali fil-Parroċċa tal-Qawra, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u ż-żgħażagħ u mal-anzjani u l-morda tal-parroċċa.  Se jiltaqa’ wkoll mal-komunità internazzjonli tal-Parroċċa, fosthom ma’ Nsara minn Knejjes oħra kif ukoll mal-impjegati ta’ żewġ lukandi fl-istess lokalità.

    Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ tal-Arċisqof Scicluna lill-komunità tal-Qawra…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Jannar

  • San Mark 2: 13-17 

    F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi u qallu: “Ejja warajja”. Dak qam u mar warajh. U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh…

  • Kompli aqra »

L-istedina tal-Mulej

  • Fil-messaġġ tal-Milied, l-Arċisqof Charles J. Scicluna awgura li l-Mulej Ġesù jidħol tassew fil-qalb tagħna bil-faraġ tiegħu imma anke bil-kelma għażiża tiegħu. “Dan il-Milied, il-Mulej qed jistiednek tersaq lejn il-Knisja u lejn il-Quddies, lejn is-Sagrament tal-Qrar u tat-Tqarbin.”

    L-Arċisqof qal li Ġesù qed jistedinna biex naħfru lil xulxin, inħobbu iżjed lil xulxin, naraw il-preżenza tiegħu f’ħutna, b’mod speċjali dawk ħutna li għandhom bżonn speċjali tal-imħabba u l-attenzjoni tagħna…

  • Kompli aqra »

Iż-żgħażagħ: Element essenzjali f’komunità ta’ fidi

Live-in tal-Kappillani 2018

  • Fid‑dawl tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar “Iż‑Żgħażagħ, il‑Fidi u d‑Dixxerniment Vokazzjonali” li sejjaħ il‑Papa Franġisku f’Ottubru li ġej, il‑kappillani tas‑70 parroċċa ddiskutew ir‑realtà taż‑żgħażagħ waqt il‑live‑in annwali tal‑kappillani. Dan sar bejn it‑Tlieta, 9 ta’ Jannar u l‑Ħamis, 11 ta’ Jannar 2018, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

    Matul il‑live‑in, li għalih kien preżenti l‑Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

Dak li ħalla warajh l-Istat Iżlamiku

  • Aid to the Church in Need Malta (ACN) is holding a small exhibition featuring religious items brought from Iraq which were found in the rubble of churches that had been desecrated, burnt and damaged by ISIS when they invaded the Nineveh Plains. Among them are broken crosses, burnt and damaged statues and reliquary and perhaps the most frightening, a chalice with bullet holes…

  • Kompli aqra »