Yearly Archives: 2018

Xi jfisser l-isem ‘Ġesù’?

  • A brief history behind the name that forever changed the world.

    St Paul writes in his letter to the Philippians, “At the name of Jesus every knee should bow, in heaven and on earth and under the earth” (2:10). Christians have always believed that the name of Jesus is a powerful one, but many are not familiar with the meaning behind it…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Jannar

  • San Luqa 3:23-38 

    Fil-bidu tal-ministeru tiegħu Ġesù kellu madwar it-tletin sena.

    In-nies kienu jaħsbuh bin Ġużeppi, li kien bin Għeli, bin Mattat, bin Levi, bin Melki, bin Ġannaj,

    bin Ġużeppi, bin Mattatija, bin Għamos, bin Naħum, bin Ħesli, bin Naggaj, bin Maħat, bin Mattatija,

    bin Simgħi, bin Ġożè, bin Ġoda, bin Ġoħanan, bin Resa, bin Żorobabel, bin Salatjel, bin Neri, bin Melki,

    bin Għaddi, bin Kosam, bin Elmadan, bin Għer, bin Ġożwè, bin Eligħeżer, bin Ġorim, bin Mattat,

    bin Levi, bin Simgħon, bin Ġuda, bin Ġużeppi, bin Ġona, bin Eljakim, bin Melija, bin Menna,

    bin Mattata, bin Natan, bin David, bin Ġesse, bin Għobed, bin Bogħaż, bin Sala, bin Naħson,

    bin Għamminadab, bin Admin, bin Arni, bin Ħesron, bin Fares, bin Ġuda, bin Ġakobb, bin Iżakk,

    bin Abraham, bin Teraħ, bin Naħor, bin Serug, bin Regħu, bin Faleg, bin Għeber, bin Selaħ,

    bin Kajnan, bin Arfaksad, bin Sem, bin Noè, bin Lamek, bin Metuselaħ, bin Ħenok, bin Ġered,

    bin Maħalalel, bin Kajnan, bin Enos, bin Set, bin Adam, bin Alla…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2017

  • Is-Sibt 6 ta’ Jannar 2018, fil-5:30 p.m., Mons. Charles Attard, Direttur tal-Moviment ta’ Kana, jiċċelebra Quddiesa għall-koppji li żżewġu matul l-2017, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din il-Quddiesa hija organizzata mill-Moviment ta’ Kana.

  • Kompli aqra »

Live: Il-Quddiesa tal-funeral tal-Isqof Adeodato Micallef O.C.D.

  • Il‑Quddiesa praesente cadavere tal‑Isqof Francesco Adeodato Micallef O.C.D., ser issir is‑Sibt 6 ta’ Jannar 2018, fid‑9:30 a.m., fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Jippresiedi l-Quddiesa l‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Miegħu ser jikkonċelebraw: Mons. Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritu, Mons. Paul Darmanin O.F.M. Cap., Isqof Emeritu ta’ Garissa, Kenja, Mons. Camillo Ballin M.C.C.J., Isqof u Vigarju Appostoliku fil‑Kuwait, u Fr Konrad Grech S.J., rappreżentant tan‑Nunzjatura Appostolika f’Malta…

  • Kompli aqra »

All the Money in the World

  • ****

    Direttur:          Ridley Scott

    Atturi:              Michelle Williams, Christopher Plummer, Mark Wahlberg, Charlie Plummer, Romain Duris, Timothy Hutton, Andrew Buchan u Giuseppe Bonifati

    Ħin tal-Film:    133 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15

    Fis-sena 1973, J…

  • Kompli aqra »

Molly’s Game

  • ****

    Direttur:          Aaron Sorkin

    Atturi:              Jessica Chastain, Idris Elba, Kevin Costner, Michael Cera, Jeremy Strong, Chris O’Dowd, Graham Greene u Bill Camp

    Ħin tal-Film:    140 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       15

    Molly Bloom, ta’ tnax-il sena, kellha esperjenza xejn sabiħa meta ghaddiet minn operazzjoni serja f’daharha…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Emanuel Barbara jgħaddi għall-ħajja ta’ dejjem

  • Tħabbret il-mewt ta’ Mons. Emanuel Barbara O.F.M. Cap., Isqof ta’ Malindi, il-Kenja. L-Isqof Barbara li huwa mill-Gżira miet matul il-lejl li għadda fir-residenza tiegħu f’Malindi, il-Kenja, fl-età ta’ 68 sena.

  • Bijografija
  • L-Isqof Emanuel Barbara OFMCap twieled fis-27 ta’ Ottubru 1949 fil-Gzira. Wara li ħass lil Alla jsejjaħlu biex jingħaqad mal-Aħwa Minuri Kapuċċini, huwa ġie aċċettat bħala novizz fid-19 ta’ Settembru 1965.  Fis-26 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara huwa għamel l-ewwel Wegħdiet Reliġjużi tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Jannar

  • San Ġwann 1:43-51

    L-għada Ġesù ddeċieda li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: “Ejja warajja.” Filippu kien minn Betsajda, il-belt ta’ Indrì u Pietru. Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanjel: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” “Ejja u ara,” wieġbu Filippu. 

    Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: “Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanjel staqsieh: “Kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanjel, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael!” 

    Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? …

  • Kompli aqra »