Yearly Archives: 2018

Erba’ Kandidati Ġodda għas-Saċerdozju

  • Erba’ seminaristi fil‑ħames sena ta’ preparazzjoni fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, ser jitolbu lill‑Arċisqof Charles J. Scicluna biex jaċċettahom uffiċjalment bħala kandidati għall‑Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ‑ċelebrazzjoni ser issir nhar il‑Ħadd 7 ta’ Jannar 2018, waqt il‑Quddiesa tal‑Epifanija fil‑Konkatridral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:15 a.m.

    Osmar Baldacchino mill‑Parroċċa ta’ San Nikola, is‑Siġġiewi, David Borg mill‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar, Christopher Bugeja mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat, u Jonathan Debattista mill‑Parroċċa ta’ Marija Lunzjata, Ħal Tarxien, ser jistqarru pubblikament ir‑rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill‑Knisja biex iservu bħala saċerdoti…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jqassam kartolina li turi l-kruha tal-gwerra

  • As 2017 was drawing to a close, the horrors of war and people’s yearnings for peace were on Pope Francis’ mind and in his prayers.

    In an unusual move late Dec. 30, the Pope had the Vatican press office and Vatican media distribute a copy of a famous photograph from the aftermath of the atomic bombing of Nagasaki.

    The photo shows a young boy, about 10 years old, carrying his dead little brother on his back…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

  • San Ġwann 1:35-42 

    L-għada Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla.” Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù. Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?” Iżda huma staqsewh: “Fejn toqgħod, Rabbi?” – li tfisser Mgħallem. Hu weġibhom: “Ejjew u taraw.” U marru miegħu u raw fejn kien joqgħod, u dak in-nhar baqgħu miegħu…

  • Kompli aqra »

Patri Leslie Gatt elett Pirjol Provinċjali tal-Provinċja Agostinjana ta’ Malta

  • Patri Leslie Gatt OSA ġie elett Pirjol Provinċjali tal-Provinċja Agostinjana ta’ Malta.

    Patri Leslie jieħu l-inkarigu ta’ din il-missjoni l-ġdida fil-Kapitlu tal-Provinċja ta’ Malta li ser issir f’April li ġej. Dakinhar huwa jissuċċedi lill-Provinċjal preżenti, Patri Raymond Francalanza li qeda b’dedikazzjoni fis-snin li għaddew.

    Patri Leslie twieled fl-1978 u tgħammed fil-Parroċċa ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta. Fis-sena 2000 beda s-sena tan-Novizzjat fl-Ordni ta’ Santu Wistin fl-Italja u sena wara għamel l-ewwel professjoni fl-Ordni Agostinjan…

  • Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: Ir-rit penitenzjali jippreparana għall-Ewkaristija

  • Greeting pilgrims and visitors gathered in the Paul VI Hall on Wednesday, Pope Francis continued his reflections on the celebration of the Eucharist, focusing on the penitential rite which helps us to prepare our hearts to receive God’s mercy.

    Presumptous heart cannot receive pardon

    We acknowledge before God and before our brothers and sisters that we are all sinners, he said…

  • Kompli aqra »

UNICEF: Is-sena 2017 kienet sena ‘tal-biża” għat-tfal li jinsabu f’żoni ta’ kunflitt

  • According to UNICEF, Children in conflict zones around the world have come under attack at a shocking scale throughout the year but the warring parties have ignored international laws to protect the most vulnerable.

    “As these attacks continue year after year, we cannot become numb. Such brutality cannot be the new normal”, said Manuel Fontaine, UNICEF Director of Emergency Programmes. 

    The current report highlights several conflict zones where children suffered during the year…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Jannar

  • L-Isem Imqaddes ta’ Ġesu

    San Ġwann 1:29-34

    L-għada Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja. Dan hu li għalih għedtilkom, ‘Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.’  Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael.” 

    U Ġwanni xehed għalih u qal: “Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu. Tabilħaqq, anqas jien ma kont nafu; imma dak li bagħatni ngħammed bl-ilma, hu stess qalli, ‘Fuq min tara l-Ispirtu jinżel u joqgħod, dak hu li jgħammed bl-Ispirtu s-Santu.’ Dan rajtu b’għajnejja, u għalhekk xhedt, ‘Dan hu l-Iben ta’ Alla.’ “

  • Kompli aqra »

Festa ta’ Ġenerożità: Aktar minn miljun ewro b’riżq id-Dar tal-Providenza

  • €1,255,269 nġabru waqt il-Festa ta’ Ġenerożità organizzata mid-Dar tal-Providenza bl-appoġġ ta’ Radju RTK. It-temp tajjeb għalkemm kemmxejn kiesaħ għen biex għadd kbir ta’ nies marru s-Siġġiewi biex jagħmlu d-donazzjoni tagħhom taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ. Bħal kull sena, għadd ta’ parroċċi f’Malta w Għawdex organizzaw ġabriet speċjali.

    Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, qal li din il-Festa ta’ Ġenerożità bħal dejjem uriet il-qalb kbira tal-poplu Malti u Għawdxi li għal darb’oħra wera solidarjetà u ġenerożità mad-Dar…

  • Kompli aqra »