Yearly Archives: 2018

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Jannar

  • San Ġwann 1:19-28

    Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh, “Int min int?”, hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija.” Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Elija?” “M’iniex,” qalilhom. “Int il-Profeta?” “Le,” weġibhom. 

    Mbagħad qalulu: “Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna. Min tgħid li int?”  U hu wieġeb kif qal  il-profeta Isaija: “Jiena leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert. ‘Wittu t-triq tal-Mulej.’ ”

    Issa dawk il-messaġġiera kienu min-naħa tal-Fariżej. Huma staqsewh: “Mela kif qiegħed tgħammed la m’intix il-Messija, u la Elija u lanqas il-Profeta?” 

    “Jiena ngħammed bl-ilma,” weġibhom Ġwanni, “imma f’nofskom hemm wieħed li intom ma tafuhx, u li ġej warajja; jiena anqas ma jistħoqqli nħoll il-qafla tal-qorq tiegħu.”

    Dan ġara f’Betanja, in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fejn Ġwanni kien jgħammed…

  • Kompli aqra »

“Ejjew inkunu soċjetà li nafu nħennu, naħfru u nbierku lil xulxin” – L-Arċisqof fl-Ewwel tas-Sena

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

    1 ta’ Jannar 2018

    Ejjew illum aħna u nibdew sena ġdida nitolbu l-barka ta’ Sidtna Marija. Mons. Mikiel Azzopardi kien devot kbir tal-Madonna. Mhux ta’ b’xejn laqa’ l-ewwel residenti fil-11 ta’ Frar, fil-festa tal-Madonna ta’ Lourdes.

    Insellmu wkoll lis-sorijiet li kienu bdew jgħixu hawnhekk f’dan il-post imbierek, xahar qabel…

  • Kompli aqra »

“Il-Milied jgħallimna li ma nistgħux inċedu għat-tentazzjoni taċ-ċiniżmu” – L-Arċisqof

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta

    31 ta’ Diċembru 2017

    “Kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-ragħajja” (Lq 2, 18). Ġesù jagħżel lin-nies mhux biss umli imma mwarrba biex iwasslu l-ewwel aħbar tat-twelid tiegħu.

    X’kellhom x’jirrakkontaw ir-ragħajja ta’ Bethlehem? L-esperjenza li kellhom fil-lejl tal-Milied kienet esperjenza straordinarja: l-anġlu ħabbrilhom ferħ kbir…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Jannar

  • Sidtna Marija Omm Alla

    San Luqa 2: 16-21

    Marru mela jgħaġġlu, u sabu lil Marija u ‘l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kull ma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha. 

    Ir-rgħajja mbagħad reġgħu lura, isebbħu u jfaħħru lil Alla għal kull ma kienu raw u semgħu, kif l-anġlu kien qalilhom…

  • Kompli aqra »