Yearly Archives: 2018

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 18, 1-2.21-23; 19, 1-3.9a
    Salm: 99 (100), 2.3.4.5

    Evanġelju: Luqa 21, 20-28

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta mbagħad taraw lil Ġerusalemm magħluqa minn kullimkien bl-eżerċti, tkunu tafu li l-qerda tagħha tkun waslet. Ħa jaħarbu mbagħad lejn il-muntanji dawk li jkunu fil-Lhudija u jitbiegħdu minnha dawk li jkunu ġo nofsha, u ma jerġgħux lura fiha dawk li jkunu fir-raba’; għax dawk ikunu jiem il-kastig li fihom iseħħ kulma hemm miktub…

  • Kompli aqra »

Avviż dwar il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Kurja

  • Nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Novembru 2018, il-Kurja tal-Arċisqof inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet u l-Uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa minħabba l-irtir tal-Avvent għall-impjegati.

    Il-Kurja terġa’ tiftaħ is-Sibt, l-1 ta’ Dicembru.

     

  • Kompli aqra »

Inizjattivi favur l-ambjent mill-Arċidjoċesi ta’ Malta

  • L‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed tkompli tinvesti f’enerġija nadifa u timplimenta  inizjattivi favur l‑ambjent. Fil-preżent qed tiġi installata sistema ta’ pannelli fotovoltajċi fuq il‑bini tal‑Kurja tal‑Arċiqsof, il‑Furjana. Madwar 40 entità oħra tal‑Knisja f’Malta, fosthom għadd ta’ parroċċi u djar għall‑anzjani, diġà qed jagħmlu użu minn enerġija ġġenerata mill-pannelli fotovoltajċi.

    Matul l‑aħħar ġimgħat, fil‑kmamar u fl‑uffiċċji tal‑Kurja twaħħlu bozoz energy saving, qed isir użu aħjar mid‑dawl naturali u nbidlu monitors u kompjuters għal oħrajn li jużaw inqas enerġija…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 15, 1-4
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.7-8.9

    Evanġelju: Luqa 21, 12-19

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jixħtu jdejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih…

  • Kompli aqra »

X’impressjonani l-aktar wara 40 jum mingħajr Facebook

  • Article written by Monika Lender-Gołębiowska

     

  • When Bishop Adam Lepa (current senior bishop of the Archdiocese of Łódź, Poland) lectured on media pedagogy, he often used the term “personal mediasphere.” It means the media environment a person lives in and is surrounded by. It can be divided into four parts: iconosphere (the image environment), logosphere (the word environment), sonosphere (the sound environment), and finally, the galenosphere (the environment of silence)…

  • Kompli aqra »

61% tal-popolazzjoni tad-dinja tgħix f’pajjiżi fejn ma tiġix irrispettata l-libertà reliġjuża

  • 61% of the world’s population live in countries where religious freedom is not respected; in other words, 6 out of every 10 people around the world cannot express their faith with total freedom.

    This is one of the key conclusions of the report on Religious Freedom in the World, which was officially made public today in Rome by the international Catholic pastoral charity and pontifical foundation ACN International, with simultaneous worldwide launches also taking place in many other locations such as London, Paris, Santiago, Manila and New York…

  • Kompli aqra »

Is-soru li l-ħabsin kienu jarawha bħala omm

Omelija fil-festa tal-Beata Enrichetta Alfieri

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Is-Sorijiet tal-Karità, Ħal Balzan

    21 ta’ Novembru 2018

    Dawk li jibdlu s-soċjetà għall-aħjar huma n-nies li għexu l-qdusija. Beata Enrichetta Alfieri tat kontribut kbir lis-soċjetà permezz tal-ħajja tagħha ta’ qdusija. Hi kienet tgħid: “Is-sejħa għall-ħajja reliġjuża ma tagħmilniex qaddisin, imma titfa’ fuqna d-dmir li naħdmu biex insiru qaddisin.” Nixtieq li naraw tliet kwadri partikulari mill-ħajja ta’ Beata Enrichetta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 14, 14-19
    Salm: 95 (96), 10.11-12.13

    Evanġelju: Luqa 21, 5-11

  • F’dak iż-żmien, kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom:“Kulma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx”…

  • Kompli aqra »

X’jagħmilna parti mis-Saltna ta’ Alla?

Quddiesa u t-tberik ta' kurċifiss ġdid

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi, Birkirkara

    24 ta’ Novembru 2018

    “Tawh ħakma ġieħ u saltna biex lilu jaqdi kull ġens u poplu u lsien” (Dan 7:13). Illum aħna u nibdew niċċelebraw il-festa solenni ta’ Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien Kollu, nistaqsu lilna nfusna: x’inhuma dawn il-ħakma, il-ġieħ u s-saltna? …

  • Kompli aqra »

Tislima u apprezzament lis-suldati tal-Forzi Armati li mietu s-sena li għaddiet

  • L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi mexxa Quddiesa fil-knisja tal-Forzi Armati ta’ Malta li tinsab ġewwa l-Barracks ta’ Ħal Luqa, għal ruħ il-membri mejtin tal-Forzi Armati, b’mod partikolari għal min miet matul is-sena li għaddiet. Mal-Isqof ikkonċelebraw Dun Joe Meli, iċ-Chaplain tal-Forzi Armati ta’ Malta, u Dun Anton Farrugia OFM li fl-aħħar tal-Quddiesa rregala pittura tal-Beatu Nazju Falzon, li ħadem mill-qrib mas-suldati fi żmienu…

  • Kompli aqra »